You are here

flag

Pubblikat: 22/04/2013 14:26

Il-Programm tal-Bank Dinji għall-Professjonisti Żgħażagħ

Għandek għal qalbek l-iżvilupp internazzjonali b'ambizzjonijiet li ssir mexxej dinji fil-futur? Agħmel l-ewwel pass billi tapplika għall-Programm tal-Bank Dinji għall-Professjonisti Żgħażagħ.

A picture

© fotolia.com

Il-Programm għall-Professjonisti Żgħażagħ hu opportunità kbira għal persuni bi kwalifiki għolja u motivati, b'rekord ta' impenn favur l-iżvilupp, suċċess akkademiku, kisbiet professjonali u kapaċità ta' tmexxija. Il-Bank Dinji jirċievi madwar 10,000 applikazzjoni fis-sena, li minnhom jintgħażlu madwar 30 kandidat biex jingħaqdu fiż-żewġ karigi rotattivi ta' sena.

 

“Kont fortunat li ntgħażilt fil-Prgramm għall-Professjonisti Żgħażagħ peress li kelli l-opportunità naħdem ma' professjonisti u għalliema eċċellenti."
Friederike mill-Ġermanja

 

Kif tapplika

Biex tapplika, irid ikollok:

- mhux aktar minn 32 sena

- grad ta’ Master's jew ekwivalenti

- għarfien tajjeb fl-Ingliż

- għarfien tajjeb f’tal-anqas lingwa ta' ħidma oħra tal-Bank: l-Għarbi, iċ-Ċiniża, il-Franċiża, il-Portugiż, ir-Russu jew l-Ispanjol

- speċjalizzazzjoni f'qasam rilevanti għall-operazzjonijiet tal-Bank Dinji bħall-ekonomija, il-finanzi, l-edukazzjoni, is-saħħa pubblika, ix-xjenzi soċjali, l-inġinerija, l-ippjanar urban u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali

- tal-anqas 3 snin esperjenza rilevanti fuq livell ta' politika jew studju akkademiku kontinwu f'livell ta' dottorat.

Il-Programm għall-Professjonisti Żgħażagħ attwalment ma jirreklutax persuni b’lawrji f'dixxiplini bħal: ix-xjenza tal-kompjuter, ir-riżorsi umani, il-kontabilità, il-kummerċjalizzazzjoni, il-liġi, jew il-lingwistika – sakemm ma jkunux ikkombinati ma' lawrja rilevanti fis-suġġetti elenkati hawn fuq.

 

L-iskadenzi!

L-applikazzjonijiet onlajn huma aċċettati kull sena mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' Ġunju u l-proċess ta' selezzjoni jieħu 9 xhur. Għalhekk, jekk tintgħażel għandek tibda f'Settembru tas-sena ta' wara.

 

Mit-tnedija tiegħu, il-Programm għall-Professjonisti Żgħażagħ diġà impjega aktar minn 1,500 persuna li issa għandhom pożizzjonijiet fil-Bank Dinji.