Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© fotolia.com - photobank.kiev.ua

Il-patrimonju kulturali Ewropew

Il-patrimonju kulturali hu dak li nirtu mill-ġenerazzjonijiet tal-passat, bħall-bini, il-monumenti, il-kotba jew ix-xogħlijiet tal-arti. Iżda tista' tkun kultura li ma tmisshiex b'idejk, bħat-traduzzjonijiet u l-lingwa. Iċċekkja kif tista’ tesperjenza l-patrimonju kulturali Ewropew.

Tista’ tipprova l-Jiem Ewropej tal-Patrimonju f’Settembru u żżur bla ħlas jew bi prezz imnaqqas il-monumenti u s-siti li normalment ikunu magħluqin għall-pubbliku!

 

Kif taħdem din?

Għal weekend wieħed kull Settembru, 50 pajjiż li ffirmaw il-Konvenzjoni Kulturali Ewropea jorganizzaw avvenimenti kulturali biex jenfasizzaw il-ħiliet u t-traduzzjonijiet, l-arkitettura u x-xogħlijiet tal-arti lokali. Kull sena l-avvenimenti jkollhom tema speċjali li tvarja f’kull pajjiż. Din tista’ tkun dwar perjodi speċifiċi fl-istorja jew dwar forom speċifiċi ta’ patrimonju.

 

Informazzjoni ta’ sfond

Mill-1999 ’l hawn, il-Jiem Ewropej tal-Patrimonju kellhom l-għajta: "L-Ewropa, patrimonju komuni". Il-patrimonju kulturali jlaqqa’ flimkien lill-Ewropej, ikunu xi jkunu l-ambjenti kulturali, lingwistiċi jew reliġjużi tagħhom. Bħala azzjoni konġunta tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni Ewropea, il-Jiem Ewropej tal-Patrimonju għandhom l-għan li jkabbru l-għarfien taċ-ċittadini Ewropej dwar ir-rikkezza u d-diversità kulturali tal-Ewropa; kif ukoll li jopponu r-razziżmu u l-ksenofobija u li jinkuraġġixxu aktar tolleranza fl-Ewropa u lil hinn minnha.