You are here

flag

Pubblikat: 12/04/2013 15:41

Id-diżabilitajiet m'għandhomx ikunu ostaklu

80 miljun Ewropew jgħixu b'xi forma ta' diżabilità. Dan jikkostitwixxi madwar 15% tal-popolazzjoni kollha. Minkejja li hemm għadd kbir ta' persuni b'diżabilità, xi wħud iħossuhom iżolati u ma jirnexxilhomx igawdu mil-libertà tagħhom li jivvjaġġaw fl-UE bħall-bqija tan-nies.

A picture

© shutterstock.com - Yuri Arcurs

Iċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom id-dritt li jmorru f'pajjiż ieħor tal-UE biex jgħixu, jaħdmu jew jistudjaw iżda, jekk ikollok diżabilità, tista' ssib li fil-prattika m'għandekx l-istess opportunitajiet.

Tista' tħabbat wiċċek ma' ostakoli meta tistudja, tfittex xogħol, tivvjaġġa, tixtri l-prodotti u s-servizzi jew sempliċiment meta tkun qed tipprova tfittex informazzjoni.

 

Il-libertà tal-moviment

Il-Forum Ewropew għall-Persuni b’Diżabilità nieda kampanja biex jitneħħew l-ostakoli għal dawn il-persuni. L-għan ewlieni hu li jikkonvinċi lill-oħrajn, speċjalment lil min iħaddem u lis-servizzi pubbliċi, biex dawn jadattaw.

  • L-Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità daħħal rekwiżiti ta' aċċessibilità fl-UE kollha li tkopri l-prodotti u s-servizzi.
  • Il-Karta Ewropea tal-Mobilità tagħmilha iktar faċli li tivvjaġġa f'pajjiżi oħra tal-UE jekk għandek diżabilità. Il-karta tippermettilek tikseb ċerti servizzi bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini b'diżabilità.

 

Int x'tista' tagħmel?

  1. Niżżel it-toolkit tal-kampanja u sir Ambaxxatur għal-Libertà tal-Moviment.
  2. Ipprintja l-flyer u xerred il-kelma dwar il-kampanja fl-iskola, l-università, il-post tax-xogħol tiegħek u kull fejn tmur.