Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Sport u attività fiżika

A picture
© Cross Culture Surf

Cross Culture Surf

Qatt immaġinajt li l-isport tas-surfing jista' jkollu rwol biex jippromwovi l-inklużjoni soċjali fost iż-żgħażagħ? Sib kif skambju bejn l-Irlanda u l-Pajjiż Bask fi Spanja jista' jagħmel dan iseħħ tassew.

Fl-2012, il-proġett Cross Culture Surf għaqqad flimkien 30 żagħżugħ bejn 14 u 17-il sena  mill-Irlanda u l-Pajjiż Bask. L-ewwel iltaqgħu f'Lahinch (l-Irlanda) fil-vaġanzi tal-Għid, imbagħad f'Zarautz (il-Pajjiż Bask) f'Awwissu. Daqu ftit mill-kulturi ta' xulxin f'ambjent ta' tagħlim dinamiku u divertenti.

L-attivitajiet kienu jinkludu lezzjonijiet tas-surf kuljum, gruppi ta' diskussjoni dwar l-identità kulturali, sfidi biex jinbena l-ispirtu ta' tim u eskursjonijiet.

 

Il-proġett Cross Culture Surf hu promoss minn The Surf Project, Zutundu u l-iskema tal-UE Żgħażagħ fl-Azzjoni.