Dan is-sit web ġie sostitwit mill-Portal Żgħażagħ Ewropej il-ġdid (http://europa.eu/youth) u l-kontenut tiegħu m’għadux qed jiġi aġġornat. Jekk jogħġbok irranġa l-links għas-sit il-ġdid.
Id-database li fuqha tista tfittex għal xogħlijiet immexxija mis-Servizz Ewropew Governattiv ta’ Impjieg jagħmel lista tax-xogħlijiet battala ma’ l-Ewropa kollha. Għajn ta’ tagħrif għat-tiftix ta’ xogħlijiet barra, tendenzi fis-suq tax-xogħol Ewropew, u l-kondizzjonijiet ta’ ħajja u tax-xogħol f’pajjiżi Ewropej (għandhom jiġu miżjuda dalwaqt).
Dan is-sajt jista’ jgħinek issib xogħol fi Brussell, fl-istituzzjonijiet ta’ l-UE u f’organizzazzjonijiet internazzjonali oħra. Fittex għal postijiet battala li hemm bħalissa fl-assoċjazzjonijiet ta’ l-industrija, l-istituzzjonijiet ta’ l-UE, l-uffiċċji legali, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-NGOs u l-organizzazzjonijiet politiċi, l-istituzzjonijiet akkademiċi, l-universitajiet, l-iskejjel tan-negozju u l-gruppi ta’ esperti, Suġġerimenti utli dwar fejn tfittex xogħol.
Direttorju kummerċjali. Tista’ tfittex dan is-sajt għal dettalji ta’ kuntatt ta’ kumpaniji varji. Jista’ jkun bidu tajjeb li tkun infurmat fl-industrija ta’ l-interess tiegħek qabel tapplika għal xogħol
Kemm jekk qed tippjana li tieħu sehem fi programm t'edukazzjoni jew taħriġ, jew qed tfittex impjieg, jew biex tikseb esperjenza 'l hinn minn Malta, huwa mportanti li tkun tista' tagħmel il-ħiliet u kompetenzi tiegħek ċari u li jinftiehmu. Bis-CV tal-Europass, ikunu jistgħu jintwerew il-ħiliet u l-kwalifiki tiegħek, filwaqt li dokumenti oħra tal-Europass ikunu jistgħu jiġu mehmuża mas-CV.
Riklami għal xogħol u riżorsi biex taħdem u tivvjaġġa fir-Renju Unit u mad-dinja kollha. Għajn ta’ tagħrif utli dwar fejn issib dwar il-visa u l-ħtiġijiet ta’ l-assigurazzjoni, rifużjonijiet tat-taxxa eċċ.
Fittex għal postijiet battala mad-dinja jew ibgħat is-CV online. Direttorju kbir ta’ sajts fejn tista’ tfittex opportunitajiet, minn appuntamenti temporanji għal xogħlijiet governattivi. Agħżel reġjun u żona; Ir-riżultati jtuk links skond il-pajjiż, kummenti dwar id-databases tax-xogħol u faċilità ta’ tiftix, u l-lingwi f’liema huma disponibbli.
Faċilità ta’ tiftix għal xogħlijiet fl-Ewropa u fid-dinja. Sib ’il fuq minn 140 profil ta’ kumpaniji, kif ukoll gwida għat-tħejjija ta’ CV, il-kitba ta' l-ittra ta' akkumpanjament, u anke suġġerimenti sabiex tirriżenja mix-xogħol attwali tiegħek. Agħżel il-pajjiż tiegħek sabiex ikun konness mas-sajt fil-lingwa nazzjonali.
Programmi Professjonali għaż-Żgħażagħ u Subalterni fil-World Bank
Dawn il-programmi huma maħluqa għal individwi żgħażagħ eċċellenti u mmotivati mid-dinja kollha. Jekk urejt impenn għall-iżvilupp u l-potenzjal għal tmexxija, u qiegħed tfittex għal esperjenza soda ta’ xogħol għal livell ta’ dħul f’ambjent multikulturali dan jista’ jkun il-post għalik !
Kull ma għandek bżonn tkun taf dwar il-Programm ta’ l-Eżamijiet Kompetittivi ta' Impjieg tan-Nazzjonijiet Uniti: rekwiżiti biex tapplika, dati ta’ l-għeluq, eżempji ta’ l-eżamijiet u materjali utli.
Għadek kemm iggradwajt u qiegħed tfittex għall-ewwel xogħol? Fittex għal-livell ta’ dħul u xogħlijiet oħrajn fuq dan is-sajt u sib offerti fl-Unjoni Ewropea kollha organizzati skond il-post, l-industrija u l-funzjoni. Tista’ tirreġistra wkoll biex tirċievi opportunitajiet ta' xogħol u taħriġ intern bl-email.