L-istrutturi tas-sistemi ta’ l-edukazzjoni fl-Ewropa jvarjaw b’mod konsiderevoli fl-approċċi tagħhom għal taħriġ vokazzjonali, edukazzjoni ogħla u aktar edukazzjoni, eżamijiet u kwalifiki. Madankollu aktar u aktar studenti qegħdin jieħdu l-opportunità biex jistudjaw f’pajjiż Ewropew ieħor. Meta tistudja barra, tista’ tikseb jew ittejjeb il-ħiliet lingwistiċi, tesperjenza kultura differenti, tagħmel ħbieb mid-dinja kollha u dan jidher tajjeb fis-CV tiegħek! Sib hawnhekk dwar l-opportunitajiet għal studju fl-Ewropa. Kemm jekk fil-pajjiż tiegħek kif ukoll jekk barra, tagħrif ta’ kwalità ser iħaffef l-għażliet tiegħek u jagħmel il-ħajja ta’ student tiegħek aktar interessanti!