Dan is-sit web ġie sostitwit mill-Portal Żgħażagħ Ewropej il-ġdid (http://europa.eu/youth) u l-kontenut tiegħu m’għadux qed jiġi aġġornat. Jekk jogħġbok irranġa l-links għas-sit il-ġdid.
OCEANS network: Organisation for Cooperation Exchange And Networking among Students
This website is for students and alumni, staff and faculty members, partners and promoters involved in exchanges or joint projects between EU countries and the United States, Canada, Australia, New Zealand, South Korea and Japan.
Fuq dan is-sajt ta’ wieħed mill-akbar assoċjazzjonijiet interdixxiplinari ta’ l-istudenti , għandek issib varjetà mifruxa ta’ suġġetti: skambju kulturali, lobbying għal dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni ogħla, politiki internazzjonali, drittijiet tal-bniedem, żvilupp sostenibbli, teknoloġija ta’ l-informatika u iżjed.
Inti student/a tal-liġi u tixtieq tikseb esperjenza tax-xogħol barra? Fittex hawnhekk dwar il-Programm ta’ Skambju għal Taħriġ ta’ l-Istudenti ta’ l-akbar assoċjazzjoni indipendenti fid-dinja ta’ l-istudenti tal-liġi. ELSA toffri madwar 450 opportunità ta’ taħriġ kull sena ma’ l-Ewropa kollha u ġieli fi bnadi oħra tad-dinja.
Direttorju ta’ gradi postgraduate fl-intergrazzjoni Ewropea
Lista ta’ gradi postgraduate fl-Integrazzjoni Ewropea fl-Universitajiet ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE u f'ċerti universitajiet ta' pajjiżi li mhumiex membri.
Għajn ta’ tagħrif għal studenti li qegħdin jaħsbu li jagħmlu studju ta’ l-ewwel grad, studju għal min hu ggradwat u studju professjonali fl-Istati Uniti.
Federazzjoni Internazzjonali ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ l-Istudenti tal-Mediċina
Fuq dan il-websajt, l-istudenti tal-mediċina mad-dinja kollha għandhom isibu medda wiesgħa ta’ tagħrif dwar l-iżvilupp professjonali tagħhom. Kollox mill-forum għal diskussjoni attiva għal studenti interessati fl-edukazzjoni tal-mediċina li qiegħda tiżviluppa sa l-opportunitajiet għal skambji professjonali u ta’ riċerka.
Din l-organizzazzjoni ta' l-istudenti mifruxa ma' l-Ewropa kollha toffri tagħrif utli għal studenti li jridu jistudjaw barra. Tipprovdilek ukoll l-opportunità li tiġi f’kuntatt ma’ studenti oħra mill-Ewropa kollha.
Ploteus: Portal għall-Opportunitajiet tat-Tagħlim maż-Żona Ewropea
Firxa wiesgħa ta’ tagħrif utli għall-istudenti internazzjonali: minn tagħrif dwar istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla għal xogħol bħala student u l-prezz tal-ħajja ta’ l-istudent ma’ l-Ewropa kollha.
Qiegħed tipprova tagħżel post fejn tistudja barra u tixtieq tkun taf aktar dwar l-università, belt u pajjiż li għażilt li jilqgħek? Hawnhekk għandek issib tagħrif u reviżjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ universitajiet speċifiċi ma’ l-Ewropa u rapporti ta’ studenti oħra dwar l-esperjenzi tagħhom.
Gwida b’xejn għal tagħrif, pariri u opportunitajiet għal studenti mad-dinja kollha li qegħdin jaħsbuha biex jistudjaw barra. Tinkludi gwida dwar l-universitajiet, servizzi ta’ tiftix, profili ta’ l-istudenti u artikli mill-ġurnalisti ewlenin dwar l-edukazzjoni internazzjonali.
Għodda tajba biex tfittex għal programmi ta’ studju barra. Tista’ tfittex skond : is-sena/semestru akkademiku, il-kors tas-sajf, tal-lingwa, is-suġġett u ħafna aktar jew uża il-homepage tal-Pajjiż biex tfittex tagħrif speċifiku għall-pajjiż.
Sajt immirat esklussivament biex tistudja barra: sistemi ta’ edukazzjoni, għarfien, fellowships u tagħrif utli ieħor. Iċċekkja l-« gwida internazzjonali tal-UNESCO għall-opportunitajiet ta’ studju għal edukazzjoni ogħla » u l-boroż ta’ studju offruti mill-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u organizzazzjonijiet internazzjonali f’129 pajjiż.
Dak kollu li student jeħtieġ li jkun jaf meta jkun qiegħed jistudja f’pajjiż ieħor. Agħżel il-pajjiż li jinteressak, u sib tagħrif ġenerali dwar dan, l-istituzzjonijiet edukattivi, il-fondi u tagħrif prattiku bħall-akkomodazzjoni u s-saħħa.
iAgora Erasmus u riżorsa ta’ tagħrif dwar studju barra
Ser tistudja barra u qiegħed tfittex parir prattiku? Aqra dwar l-esperjenzi minn ERASMUS, CEMS u studenti oħra li ħadu sehem fi skambju internazzjonali. Jew ingħaqad mal-komunità ta’ l-istudenti ta’ iAgora.