Dan is-sit web ġie sostitwit mill-Portal Żgħażagħ Ewropej il-ġdid (http://europa.eu/youth) u l-kontenut tiegħu m’għadux qed jiġi aġġornat. Jekk jogħġbok irranġa l-links għas-sit il-ġdid.
Hawnhekk issib l-aħħar aħbarijiet dwar il-Kunsill ta’ l-Ewropa u avvenimenti dinjija, kif ukoll links għal kull ħaġa oħra fuq il-portal: fajls ta’ l-avvenimenti u l-kwistjonijiet, links għad-dipartimenti differenti, tagħrif ġenerali, tiftix ta’ dokumentarji, newsletter, proġetti ta’ prijorità, u tagħrif fl-oqsma ta' drittijiet tal-bniedem, l-edukazzjoni, il-kultura, l-ambjent, iż-żgħażagħ, affarijiet soċjali u iżjed.
Jipprovdi fondi u appoġġ edukattiv għal attivitajiet internazzjonali taż-żgħażagħ. Sib links għal siti li għandhom x’jaqsmu maż-żgħażagħ, tagħrif u possibilitajiet ta’ fondi, u dettalji fuq l-attivitajiet immexxija miċ-Ċentri Ewropej taż-Żgħażagħ.
Tiżgura li l-Istati josservaw l-obbligi tagħhom skond il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Hawnhekk tista’ ssib tagħrif ġenerali, każijiet pendenti, ġudizzji u deċiżjonijiet kif ukoll il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem f’29 lingwa.
Hawnhekk tista’ ssib kuljum it-titli ta’ l-aħbarijiet relatati ma’ l-UE li jikkorrispondu mat-titli tal-ġurnali nazzjonali ewlenin fl-Ewropa. Abbona b’xejn għan-newsletter tagħhom.
Euractiv tikkonsisti fi tliet sezzjonijiet ewlenin: Aħbarijiet ta’ l-UE, pożizzjonijiet ta’ politika u ‘Parteċipanti ta’ l-UE’ online. Tista’ taqra l-aħbarijiet ta’ kuljum dwar il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea. Jekk tixtieq issir taf iżjed dwar xi suġġett, ħares lejn id-dossiers tal-politika.
Aħbarijiet Indipendenti minn madwar l-UE, rapporti speċjali u features fil-fond, profili ta’ figuri ewlenin Ewropej, l-opinjonijiet tal-qarrejja u aktar jinstabu f'din l-online newsletter.
Dan is-sit joffri kuljum għażla ta’ l-aktar features u dokumenti riċenti disponibbli fuq il-websajts ta’ l-UE. Jipprovdi wkoll links diretti mas-sezzjonijiet “What’s new?” tal-websajts ta' l-istituzzjonijiet u l-aġenziji Ewropej. Arkivji mill-1997 ‘l quddiem.
Din il-lista, organizzata bis-suġġett, tgħinek tinnavika madwar is-server Europa. Kull suġġett jieħdok dritt fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali korrispondenti.
Skopri iżjed dwar l-Ewropa u l-qraba ta’ l-Ewropa permezz ta’ sett ġdid fjamant ta’ logħob online divertenti u edukattiv disponibbli fi 11-il lingwa. Ittestja kemm taf dwar il-kultura ta’ l-Ewropa, l-istorja, il-ġografija u ħafna aktar. Tinsiex tirreġistra jekk trid tissejvja l-marki li ġġib u tieħu gost bl-isfida!
Dan is-sit jagħti sinteżi tal-miżuri u l-proċeduri leġiżlattivi ewlenin għal kull waħda mill-attivitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea. Factsheets u gwidi jipprovdu tagħrif prattiku fuq id-drittijiet tiegħek u l-opportunitajiet fl-Unjoni Ewropea, u id-database SCAD fih referenzi tad-dokumenti.
Din il-biċċa għodda fuq is-server Europa tippermettilek tfittex test liberu. Biex ikollok riżultat tajjeb aqra l-istruzzjonijiet l-ewwel. Tiskopri, per eżempju, li m’għandekx tuża ittri kapitali fit-tiftix tiegħek!
Din il-paġna tipprovdi tagħrif bażiku dwar l-Unjoni Ewropea u links għal tagħrif aktar dettaljat. Din il-paġna tagħtik ħarsa ġenerali ta’ l-istituzzjonijiet, l-istorja, it-trattati, il-figuri ewlenin, mapep, eċċ.
Europe Direct huwa servizz sabiex jgħinek issib risposti għall-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Joffri numru tat-telefown b’xejn, servizz ta’ rispons dirett bl-email, u links għal tagħrif u faċilitajiet ta’ pariri fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali.
“EUABC”: Direttorju ta’ l-UE għal min juża l-Internet
Jipprovdi spjegazzjonijiet konċiżi tat-termini użati fid-dibattitu ta’ l-UE b’ħafna links siewja. Jinkludi bosta termini relatati ma’ kwistjonijiet ta’ tensjoni politika, kontroversji u dibattitu.
Dan il-portal jenfasizza l-varjetà u l-iskala ta’ l-attivitajiet kulturali ta’ l-UE bħalma huma l-mużika, iż-żfin, ir-restawr tal-wirt storiku, eċċ. Ukoll xi tagħrif dwar azzjoni komunitarja: Kooperazzjoni kulturali, finanzjar ta’ faċilitajiet kulturali u kooperazzjoni internazzjonali.
Il-Websajt EUR-Lex huwa l-punt ta' aċċess uniku għall-ġabriet kompluti tat-testi legali ta’ l-Unjoni Ewropea fil-lingwi uffiċjali kollha. Tipprovdi aċċess dirett għad-dokumenti uffiċjali kollha u s-sorsi ta’ dokumentazzjoni istituzzjonali bħalma huma l-Ġurnal Uffiċjali, it-Trattati u l-leġiżlazzjoni tal-Komunità.
Qed taħseb dwar bidla fil-karriera jew li ssegwi xi attivitajiet ta’ taħriġ? Dan il-portal jipprovdi tagħrif fuq opportunitajiet ta’ xogħol madwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-possibbiltà għal dawk li qed ifittxu impjieg biex ipoġġu s-CV tagħhom online. Tgħallem dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-għajxien u x-xogħol, l-iżviluppi tas-suq tax-xogħol, u dwar l-opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ.
IDEA: Direttorju Elettroniku ta’ l-Istituzzjonijiet Ewropej (Electronic Directory of the European Institutions)
Qed tfittex xi persuna jew dipartiment speċifiku fl-Unjoni Ewropea? Fittex bil-persuna, entità organizzattiva jew ġerarkija fid-direttorju elettroniku ta' l-Istituzzjonijiet Ewropej u sib l-informazzjoni ta' kuntatt li teħtieġ.
Sir af aktar dwar id-drawwiet u l-karatteristiċi tal-pajjiżi varji ta’ l-UE. Permezz ta’ varjetà ta’ kartelluni u grafiċi, dan is-sit jikkumpara l-UE sħiħa u l-istati membri tagħha (t’issa u tal-futur) ma’ ekonomiji oħra ewlenin dwar affarijiet varji. Huwa disponibbli wkoll bħala ktejjeb stampat.
Dan huwa l-portal tal-websajt tar-relazzjonijiet esterni fuq is-server Europa. Huwa jipprovdi aċċess komprensiv u faċli għal tagħrif dwar il-politika tar-relazzjonijiet esterni ta’ l-Unjoni Ewropea. Tista’ tfittex għat-tagħrif bil-pajjiż, bir-reġjun ġeografiku jew bis-suġġett.
L-Ewropa tiegħek: L-UE online u servizzi nazzjonali pubbliċi
Qed tippjana li titlaq lejn pajjiż ieħor ta’ l-UE? Aqra l-informazzjoni meħtieġa kollha relatata ma’ xogħol, studju, vjaġġar, u kummerċ fl-UE. Sib fuljetti u links li jgħinuk tippjana l-vjaġġ tiegħek.
Dan il-portal jiġbor tagħrif dwar l-użu ta’ teknoloġiji multimidja u l-Internet għall-edukazzjoni, taħriġ u tagħlim kontinwu fl-Ewropa. Huwa miftuħ għal dawk il-persuni u komunitajiet relevanti kollha li huma involuti fl-edukazzjoni għall-qsim ta’ esperjenzi, tixrid ta’ proġetti u diskussjoni ta’ ideat.