Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ - Bieb għaż-żgħażagħ fl-Ewropa
Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ jipprovdi tagħrif għaż-żgħażagħ fl-Ewropa li jixtiequ jesploraw il-possibiltajiet għal għajxien, tagħlim u xogħol f’xi parti oħra tal-kontinent. Il-portal jagħti tagħrif dwar 8 temi prinċipali relatati mal-Ewropa u ma’ 31 pajjiż individwali. Huwa disponibbli b’25 lingwa.
Tista’ tuża l-portal ukoll biex issemma leħnek - permezz ta’ forums ta’ diskussjoni onlajn. U tista’ tikseb tweġibiet għall-mistoqsijiet tiegħek permezz tan-Netwerk Eurodesk.
Navigazzjoni
Ikklikkja fuq waħda mill-għażliet fuq il-menu tax-xellug biex tmur direttament fuq paġna tematika jew għażel waħda mit-temiet sekondarji. Agħti ħarsa lejn il-kolonna “Involvi ruħek” fuq il-lemin jekk trid tieħu sehem f’diskussjonijiet onlajn, tistaqsi xi ħaġa jew jekk għandek xi storja x’tirrakkonta.
Lingwi
Tista’ tagħżel il-lingwa li tippreferi f’kull paġna. Il-paġna ewlenija, il-menus tan-navigazzjoni u l-informazzjoni dwar l-Ewropa huma disponibbli b’xi 25 lingwa; It-tagħrif dwar il-pajjiżi huwa biss bl-Ingliż u l-lingwa uffiċjali tal-pajjiż relevanti.
Stejjer u kontribuzzjonijiet għall-forum ta’ diskussjoni huma disponibbli bil-lingwa li jiġu sottomessi.
Mistoqsijiet u feedback
Jekk teħtieġ aktar tagħrif dwar il-portal, jew jekk għandek xi suġġerimenti, tista’ tikkuntattjana billi tikklikkja fuq “Għidilna ... x’taħseb dwar il-portal”. Jekk tinduna b’xi link miksura, jekk jogħġbok għarrafna billi tikklikkja fuq “Staqsi dwar din it-tema” fuq il-lemin tal-paġna fejn tidher il-link.
Grazzi tal-kooperazzjoni tiegħek!
Kummissjoni Ewropea - DĠ għall-Edukazzjoni u Kultura
Unità E1 Politika dwar iż-ŻGĦAŻAGĦ
Tour Madou, Madou Plaza 1
B - 1049 Bruxelles