Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


Min aħna

Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ - Tagħrif u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa!

 

Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ joffri tagħrif u opportunitajiet Ewropej u nazzjonali li jkunu ta' interess għaż-żgħażagħ li qed jgħixu, jitgħallmu u jaħdmu fl-Ewropa. Jagħti informazzjoni madwar tmien temi ewlenin, ikopri 33 pajjiż u jinstab b'27 lingwa.

 

Is-sura tas-sit

 

L-informazzjoni f'dan is-sit web hi mqassma tematikament, pereżempju l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kreattività u l-kultura, is-saħħa u l-benessri, eċċ. Dawn jinsabu fil-buttuni tal-paġna ewlenija u l-iżbarra tal-buttuni fuq nett f'kull paġna.

 

Kull tema għandha wkoll għadd ta' temi sekondarji, li tista' ssib billi tikklikkja l-buttuni tematiċi.

 

It-tagħrif huwa pprovdut kemm fuq livell Ewropew kif ukoll skont il-pajjiż. Ikklikkja "Agħżel pajjiż" biex taqleb bejn informazzjoni tal-pajjiżi differenti jew tal-livell Ewropew. Mhux l-artikli kollha jinstabu f'kull pajjiż.

 

Fuq il-lemin ta' ħafna mill-paġni se tara listi qosra ta' aħbarijiet u avvenimenti relatati mal-pajjiż li qed tara. Tista' tikklikkja l-artiklu jew l-avveniment biex tara d-dettalji, jew tikklikkja l-buttuni ta' "L-avvenimenti kollha" jew "L-aħbarijiet kollha" biex tara l-listi kompluti tal-avvenimenti u l-artikli.

 

Lingwi

 

Tista’ tagħżel il-lingwa li tippreferi permezz tal-buttuna fuq nett fuq kull paġna. In-navigazzjoni tas-sit u l-informazzjoni dwar l-Ewropa huma disponibbli b’27 lingwa. It-tagħrif provdut skont il-pajjiż huwa pprovdut bi lsien/ilsna nazzjonali ta' dak il-pajjiż individwali u, fejn rilevanti, bl-Ingliż ukoll.

 

Jekk tibdel il-lingwa u xi ħaġa ma tkunx disponibbli bil-lingwa li tkun għażilt, imbagħad dik il-ħaġa tidher bl-Ingliż jew bl-ilsien oriġinali li bih tkun miktuba.

 

Is-simbolu tal-"globu" maġenb kull ħaġa juri l-ilsna varji li dak l-oġġett ikun disponibbli bihom. Tista' tikklikkja l-kodiċi tal-lingwa biex tmur direttament fil-verżjoni ta' dik il-lingwa għal dak l-oġġett. Meta tagħmel hekk tkun ukoll qed tbiddel l-ilsien tan-navigazzjoni tas-sit web.

 

Manutenzjoni tal-kontenut

 

Il-Kummissjoni Ewropea u n-Netwerk Eurodesk jieħdu ħsieb il-kontenut ta’ dan is-sit web. Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-buttuna “Avviż Legali” fil-qiegħ ta’ din il-paġna.

 

Staqsi mistoqsija

 

Il-portal jippermetti li l-mistoqsijiet taż-żgħażagħ jitwieġbu permezz tan-Network Eurodesk.

 

Mistoqsijiet u rispons

 

Jekk teġtieġ aktar tagħrif dwar il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, jew jekk għandek xi kummenti jew suġġerimenti dwar kif nistgħu nagħmluh aħjar, jekk jogħġbok tiddejjaqx tikkuntattjana bl-użu tal-link "Ikkuntattjana" fil-qiegħ ta' kull paġna.

 

Grazzi tal-kooperazzjoni tiegħek!

 

 

 

Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ huwa inizjattiva interistituzzjonali tal-Unjoni Ewropea.

 

European Commission

DG Education and Culture

Unit D.1 Youth; Erasmus+

Rue Joseph II, 70

1000 - Bruxelles