Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Xogħol barra pajjiżek

Aġġornat : 30/06/2014

work

Id-drittijiet relatati max-xogħol

Xogħol

Bħala ċittadin tal-UE, ma għandekx bżonn permess tax-xogħol biex taħdem f'pajjiż ieħor tal-UE u tista' tgħix hemm għal dan l-iskop - soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

Eċċezzjoni - Iċ-ċittadini Kroati għadhom jiffaċċjaw restrizzjonijiet temporanji biex jaħdmu fl-UE.

Aktar dwar:

Restrizzjonijiet temporanji fuq ix-xogħol fl-UE

Il-persuni li jaħdmu għal rashom mhux suppost ikollhom bżonn ta' permess tax-xogħol fl-UE. Jekk jgħidulek li għandek bżonn permess, tista' titlob l-għajnuna hawn.

Jekk tibda negozju ġdid, għandek tkun taf li l-formalitajiet għadhom ivarjaw ħafna fl-UE - għalkemm tista' ssib għajnuna f'dan mill-punti ta’ kuntatt uniku f'kull pajjiż.

Residenza

Jekk taħdem f'pajjiż ieħor tal-UE, int u l-familja tiegħek tkunu awtomatikament intitolati li tgħixu hemm.

Il-kundizzjonijiet li japplikaw jiddependu fuq jekk għandekx kuntratt ta' xogħol jew taħdimx għal rasek.

  • Jekk għandek kuntratt ta' xogħol għandek dritt li tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE, anki jekk ma taħdimx full-time jew taħdem b'kuntratt għal tul ta' żmien fiss.
  • Jekk taħdem għal rasek għandek dritt tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE jekk impenjat f'attività ekonomika stabbli u kontinwa hemmhekk.

Il-formalitajiet amministrattivi biex tibqa' fil-pajjiż barrani jvarjaw legalment dan jiddependi kemm biħsiebek iddum tgħix hemm.

Trattament u benefiċċji ugwali

Bħaċ-ċittadini tal-UE li jaħdmu f'pajjiż ieħor tal-UE, int u familtek għandkom id-dritt li tiġu trattati bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż. Dan ifisser li għandkom id-dritt għall-istess benefiċċji bħall-ħaddiema nattivi mill-ewwel jum li tibda taħdem hemm.

Għalhekk għandkom dritt tirċievu l-benefiċċji mogħtijin liċ-ċittadini tal-pajjiż billi huma jaħdmu hemm (impjegati jew għal rashom). Dawn jistgħu jinkludu wkoll vantaġġi li mhumiex konnessi direttament mal-impjieg (tariffi tal-ferrovija mraħħsin, żieda fil-pensjonijiet, għotjiet edukattivi, jew benefiċċji tal-qgħad għal uliedek meta jkunu qed ifittxu l-ewwel impjieg tagħhom).

Tista' tkun eleġibbli wkoll għal benefiċċji mhux finanzjarji (p.e. id-dritt għall-interpretazzjoni waqt proċeduri legali).

Jekk tgħix fil-pajjiż, ikollok dritt ukoll biex tirċievi benefiċċji mogħtijin lill-ħaddiema u lill-familji tagħhom talli jgħixu hemm.

Jekk tgħix f'pajjiż differenti minn dak li taħdem fih (ħaddiem vjaġġant bejn il-fruntieri), takkwista d-dritt li tgħix hemm anki jekk m'intix ċittadin: jekk taqsam il-fruntiera, titqies li għandek mezzi biżżejjed biex tagħmel tajjeb għalik innifsek.

Storja bħala eżempju

Skopri liema benefiċċji għandek dritt għalihom fil-pajjiż il-ġdid tiegħek

Rosita mill-Italja tgħix u taħdem fi Franza ma' żewġha u t-tliet uliedha. Applikat għar-roħs tal-ferroviji riżervat għall-familji numerużi, iżda t-talba tagħha ġiet miċħuda billi la hi u lanqas uliedha ma huma Franċiżi.

Rosita għandha tinsisti u, jekk ikun hemm bżonn titlob l-għajnuna mid-diversi servizzi ta' assistenza tal-UE. Fil-fatt, il-ħaddiema kollha tal-UE li jkollhom familja numeruża (f'ħafna pajjiżi jfisser, tlitt itfal jew aktar) għandhom id-dritt għal roħs fuq l-ivjaġġar bil-ferroviji fil-pajjiż fejn jaħdmu mill-ewwel jum li jibdew jaħdmu - jekk dan ir-roħs ikun jeżisti u offrut liċ-ċittadini tal-pajjiż.

Residenza f'pajjiż barrani wara li tingħata s-sensja

Jekk tingħata s-sensja waqt li tkun tgħix f'pajjiż ieħor, xorta waħda jkun għad fadallek id-dritt li tgħix fih. Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika

Footnote

jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Isvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, 28 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, 28 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, 28 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.