Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 01/06/2017

Permessi tax-xogħol

Bħala ċittadin tal-UE ġeneralment ma jeħtiġlekx permess tax-xogħol biex taħdem tkun fejn tkun fl-UE.

Il-permessi tax-xogħol qatt mhuma meħtieġa għan-nies li jaħdmu għal rashom fl-UE.

Madankollu, xi ċittadini tal-UE xorta għadhom jeħtieġu permess tax-xogħol biex isibu impjieg f'ċerti pajjiżi tal-UE.

Dan jikkonċerna biss:

  • ċittadini Kroati f'xi pajjiżi tal-UE
  • xi ċittadini tal-UE fil-Kroazja

Il-Liechtenstein jimponi kwoti li jillimitaw l-għadd ta' persuni li jistgħu jaħdmu u jgħixu fih. Din is-sistema ta' kwota tapplika għaċ-ċittadini tal-pajjiżi kollha tal-UE, in-Norveġja u l-Iżlanda.

Ċittadini tal-Kroazja

Id-dritt li taħdem bħala impjegat f'pajjiż ieħor tal-UE jista' jkun limitat bi ftehimiet tranżizzjonali sat-30 ta' Ġunju 2020.

Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE neħħew dawn ir-restrizzjonijiet. Madankollu, xorta waħda jista' jkollok bżonn permess tax-xogħol biex taħdem f'dawn il-pajjiżi:

  • L-AwstrijaDeutsch
  • MaltaEnglish
  • In-NetherlandsEnglishNederlands
  • Is-SlovenjaSlovenščina
  • Ir-Renju UnitEnglish

Xogħol fil-Kroazja

Id-dritt li taħdem fil-Kroazja bħala impjegat jista' jkun limitat minn ftehiet tranżizzjonali. Jista' jkollok bżonn permess tax-xogħol jekk int minn wieħed minn dawn il-pajjiżi:

  • L-Awstrija
  • Malta
  • In-Netherlands
  • Is-Slovenja
  • Ir-Renju Unit

Xogħol fl-Iżvizzera

Il-parti l-kbira taċ-ċittadini tal-UE ma għandhomx bżonn permess biex jaħdmu fl-Iżvizzera. Restrizzjonijiet japplikaw biss għal ċittadini tal-Kroazja li għad għandhom bżonn permess tax-xogħol. Skopri aktar dwar ix-xogħol fl-Isvizzera bħala ċittadin tal-UEfrançaisDeutschitalianoEnglish.

Skont il-ftehim bejn l-UE u l-Iżvizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni, iċ-ċittadini Żvizzeri għandhom il-libertà li jgħixu u jaħdmu fl-UE.

Aktar informazzjoni

Qabel ma tipprova taħdem f'pajjiż li għadu jimponi restrizzjonijiet, għandek tfittex informazzjoni dwar il-proċeduri applikabbli.

Għal aktar pariri, ikkuntattja lis- servizz pubbliku dwar l-impjiegi fil-pajjiż li tixtieq taħdem fih jew konsulent tal-impjiegi Ewropej.

Storja bħala eżempju

Oqgħod attent li tikseb permess tax-xogħol meta tmur tgħix barra!

Marko mill-Kroazja aċċetta impjieg fi Vjenna u qabad u mar l-Awstrija. Iżda ma rnexxilux jikseb permess tax-xogħol u kellu jmur lura l-Kroazja.

Jekk int Kroat, hu importanti li tiċċekkja għandekx bżonn permess tax-xogħol qabel tmur f'pajjiż ġdid biex tibda taħdem. F'dan il-każ, żomm f'moħħok li l-applikazzjoni tiegħek għal permess tax-xogħol tista' tiġi miċħuda.

Stazzjonar barra minn pajjiżek

M'hemm ebda restrizzjoni fuq ħaddiema stazzjonati - b'eċċezzjoni waħda: l-Awstrija tapplika restrizzjonijiet temporanji fuq ħaddiema Kroati stazzjonati minn kumpaniji f'ċerti setturi, iżda mhux fuq persuni li jaħdmu għal rashom.

Leġiżlazzjoni tal-UE
  • Il-limitazzjonijiet temporanji dwar il-ħidma barra pajjiżek English
Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri