Mogħdija tan-navigazzjoni

FAQ - Permessi tax-xogħol

  • Jien Kroat u nixtieq nibda naħdem għal rasi fi Franza. L-awtoritajiet Franċiżi qaluli li għandi napplika għal permess tax-xogħol. Qaluli sew?

    LE – ir-restrizzjonijiet transizzjonali li japplikaw għall-Kroati fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE jikkonċernaw biss ix-xogħol b'impjieg. Jekk int sejjer taħdem fi Franza għal rasek, ma jeħtiġlekx permess tax-xogħol.

  • Meta nilmenta dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol li jidhru fil-liġi Awstrijaka, l-impjegaturi Awstrijaċi tiegħi jgħiduli li l-ħaddiema Kroati japplikaw għalihom regoli differenti. Għandhom raġun?

    LE – xejn affattu. Int soġġett għal restrizzjonijiet temporanji biex jingħatalek aċċess għas-suq Awstrijak tax-xogħol, iżda dan ma jaffettwa ebda dritt tiegħek bħala ċittadin tal-UE, inkluż id-dritt li tiġi ttrattat bl-istess mod bħall-ħaddiema lokali.

    Jekk dawk li jħaddmuk jibqgħu jippersistu b'din l-attitudni, irrapportahom lill-awtoritajiet tax-xogħol Awstrijaċi.

  • Jiena Kroat u nixtieq nittrasferixxi l-benefiċċji tal-qgħad Kroat lejn l-Awstrija sabiex hemm napplika għal impjieg. Dan possibbli?

    Sat-30 ta' Ġunju 2020, il-possibbiltà li taħdem fl-Awstrija tista' tkun ristretta. Din tista' wkoll tħalli konsegwenzi jekk tistax tittrasferixxi l-benefiċċji tal-qgħad tiegħek hemm. Restrizzjonijiet ta' din ix-xorta jistgħu jinbidlu minn ħin għal ieħor għalhekk għandek tikkuntattja konsulent Awstrijak dwar l-impjiegi Ewropej biex tingħata informazzjoni aġġornata.

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika