Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Xogħol barra pajjiżek

Aġġornat : 15/09/2014

work

Kwalifiki għall-impjieg

Din it-taqsima tgħidlek x'għandek tagħmel biex il-kwalifiki professjonali tiegħek jiġu rikonoxxuti sabiex tkun tista' taħdem barra pajjiżek. Dan ma jgħoddx għalik jekk inti trid tistudja barra pajjiżek. Sabiex tikseb informazzjoni dwar x'għandek tagħmel biex id-diplomi tiegħek jiġu rikonoxxuti għal skopijiet akkademiċi, ikkuntattja ċ-ċentri NARIC English .

Jekk tixtieq tmur taħdem f'pajjiż ieħor, x'aktarx ikollok bżonn rikonoxximent uffiċjali tal-kwalifiki professjonali (it-taħriġ u l-esperjenza professjonali) tiegħek,  jekk il-professjoni tiegħek hija regolata f'dak il-pajjiż.

Jekk tixtieq taħdem f'pajjiż ieħor billi tipprovdi s-servizzi tiegħek fuq bażi temporanja jista' jkollok bżonn tibgħat dikjarazzjoni minn qabel. Jekk il-professjoni tiegħek hija regolata u għandha implikazzjonijiet ta' saħħa jew sikurezza pubblika, tista' tkun soġġett għall-ivverifikar tal-kwalifiki tiegħek bil-quddiem.

Kif tiskopri jekk professjoni hijiex regolata jew le

Biex tiskopri jekk il-professjoni tiegħek hijiex regolata f'pajjiż ieħor tal-UE, tista' tuża l-bażi tad-dejta tal-professjonijiet regolati English . Din tista' tgħidlek liema professjonijiet huma regolati f'liema pajjiżi u mil-liema awtoritajiet. Jekk trid taħdem bħala furnar fil-Ġermanja, ikklikkja fuq "Bäcker (DE)". Inti meħtieġ tkun taf l-isem tal-impjieg fil-lingwa tal-lokal.

Jekk ma ssibx il-professjoni tiegħek fil-bażi, tista' tikkuntattja l-punti ta' kuntatt nazzjonali għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali English f'dak il-pajjiż fejn tixtieq tmur taħdem. Huma jistgħu jgħinuk ukoll sabiex issir taf liema hija l-awtorità kompetenti u liema huma d-dokumenti li għandek bżonn tibgħat.

Sitwazzjonijiet li tista' ssib

Il-professjoni tiegħek mhijiex regolata f'pajjiżek iżda hija regolata fil-pajjiż l-ieħor

Jekk il-professjoni tiegħek u t-taħriġ għaliha huma regolati fil-pajjiż fejn tixtieq tmur taħdem, imma mhux f'pajjiżek, jista' jagħti l-każ li trid turi li ilek teżerċita l-professjoni f'pajjiżek għal tal-inqas sentejn tul l-aħħar għaxar snin qabel ma tkun tista' tipprattika l-professjoni jew saħansitra tipprovdi s-servizzi tiegħek temporanjament fil-pajjiż il-ġdid.

Staqsi lill-punti nazzjonali ta' kuntatt għall-kwalifiki professjonali English fil-pajjiż fejn tixtieq tmur taħdem biex jagħtuk parir dwar kif tħejji l-fajl u liema dokumenti ta' referenza se jkollok bżonn tibgħat.

Il-professjoni tiegħek hija regolata f'pajjiżek iżda mhijiex regolata fil-pajjiż l-ieħor

Jekk il-professjoni tiegħek ma tkunx regolata fil-pajjiż il-ġdid tiegħek, tista' tipprattikaha hemm bl-istess kondizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Attent. Għalkemm il-professjoni tista' ma tkunx regolata fil-pajjiż il-ġdid, tista' tkun ikkunsidrata parti minn professjoni regolata oħra. Dejjem iċċekkja mal-awtoritajiet tal-pajjiż fejn se tmur taħdem jekk il-professjoni tiegħek hijiex regolata hemm. Il-punti nazzjonali ta' kuntatt għall-kwalifiki professjonali English jgħinuk tidentifika l-awtorità li tista' tagħtik din l-informazzjoni.

Storja bħala eżempju

Evita l-problemi billi tiċċekkja l-kondizzjonijiet qabel taqbad taħdem

Moritz huwa għalliem tal-iski fl-Awstrija li xtaq imur jgħallem f'Ventron, kumpless tal-iski fi Franza. Qabel erħielha lejn Franza, iċċekkja l-bażi tad-dejta dwar il-professjonijiet regolati English jekk it-tgħalim tal-iski hijiex professjoni regolata fi Franza. Peress li ma kinetx imsemmija, Moritz assuma li mhijex regolata u qabad jagħti l-lezzjonijiet tal-iski fi Franza.

Waqt spezzjoni, ġie mgħarraf li ma kienx awtorizzat jgħallem fi Franza mingħajr ma l-ewwel jikseb rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tiegħu. Fi Franza, għalliem tal-iski jaqa' taħt il-professjoni ġenerika ta' "għalliem tal-isport".

Formalitajiet amministrattivi u dokumenti meħtieġa

Għall-fiżjoterapisti

Jekk inti fiżjoterapista, tista' ssir taf liema dokumenti u formalitajiet huma meħtieġa mill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiż fejn tixtieq taħdem.

Il-professjonijiet regolati l-oħra

Aħna qed naħdmu sabiex inwessgħu s-servizz offrut bħalissa mill-fiżjoterapisti għal professjonijiet oħra. Sadattant, il-bażi tad-dejta tal-professjonijiet regolati English jista' jgħinek issir taf liema professjonijiet huma regolati f'liema pajjiżi u minn liema awtoritajiet. Jekk trid taħdem bħala furnar fil-Ġermanja, iklikkja fuq "Bäcker (DE)". Inti meħtieġ tkun taf l-isem tal-impjieg fil-lingwa tal-lokal.

Id-dati tal-iskadenza / il-proċeduri

Meta tapplika sabiex il-kwalifiki tiegħek jiġu rikonoxxuti, l-awtoritajiet għandhom xahar biex jikkonfermaw li rċevew l-applikazzjoni tiegħek u jitolbuk xi dokumenti li jkollhom bżonn.

Huma jridu jieħdu deċiżjoni fi żmien 4 xhur mid-data li fiha rċevew l-applikazzjoni kompluta tiegħek. F'każ li jirrifjutaw l-applikazzjoni tiegħek, għandhom jispjegawlek għalfejn.

Jekk ma jiħdux deċiżjoni fil-limitu taż-żmien, tista' tieħu l-każ tiegħek quddiem il-qrati nazzjonali. Tista' wkoll iċċempel lis-servizzi ta' għajnuna English tagħna jew lill-punti ta' kuntatt nazzjonali għall-kwalifiki professjonali English .

It-traduzzjonijiet awtentikati / ċertifikati

L-awtoritajiet jistgħu jitolbu kopji awtentikati (biex ikollhom prova li d-dokumenti huma ġenwini) u/jew traduzzjonijiet awtentikati ta' xi dokumenti ewlenin għall-applikazzjoni tiegħek, bħaċ-ċertifikati li jagħtu prova tal-kwalifiki tiegħek. (It-traduzzjonijiet awtentikati jiġu b'garanzija ta' preċiżjoni minn traduttur reġistrat.)

Madankollu, għandhom jaċċettaw traduzzjonijiet ċertifikati mill-pajjiżi kollha tal-UE, u m'għandhomx jitolbu traduzzjonijiet ċertifikati ta':

  • il-kwalifiki tat-tobba, l-infermiera ġenerali, il-qbiela (midwives), il-vets, id-dentisti, l-ispiżjara jew il-periti - għalkemm xi pajjiżi għadhom jistgħu jitolbu traduzzjonijiet mhux ċertifikati ta' dawn id-dokumenti;
  • il-karti tal-identità, il-passaporti, jew dokumenti oħra li m'għandhomx x'jaqsmu mal-kwalifiki tiegħek.

Storja bħala eżempju

L-għarfien ta' drittijietek jgħinek tevita l-burokrazija żejda

Katarina hija spiżjara Slovakka li trid tmur taħdem l-Awstrija. L-awtoritajiet Awstrijaċi jitolbuha li d-dokumentazzjoni kollha ta' referenza għall-applikazzjoni tagħha tkun tradotta minn traduttur Awstrijakk ġuramentat.

Iżda Katarina mhijiex meħtieġa li tipprovdi traduzzjonijiet ċertifikati tad-diplomi tagħha. Għal ħafna kategoriji ta' diplomi — tobba, infermiera ġenerali, qabla (midwife), kirurgi veterinarji, kirurgi tas-snien, spiżjara, periti — it-traduzzjonijiet awtentikati mhumhiex meħtieġa.

It-test tal-lingwa

Hemm iċ-ċans li l-pajjiż il-ġdid tiegħek jitolbok turi li diġà għandek xi għarfien tal-lingwa tagħhom.

Kull ħtieġa ta' lingwa għandha jkollha skop wieħed  — li tiżgura li inti taf biżżejjed biex tkun tista' taħdem fil-professjoni magħżula tiegħek fil-pajjiż il-ġdid tiegħek.

It-titoli / assoċjazzjonijiet professjonali

Ladarba l-kwalifiki tiegħek jiġu rikonoxxuti, l-awtoritajiet iridu jħalluk tuża t-titolu akkademiku li kellek fil-pajjiż ta' appartenenza tiegħek, u possibilment tintuża kemm il-forma mqassra, kif ukoll it-titolu professjonali fil-pajjiż il-ġdid tiegħek.

Jekk il-professjoni tiegħek hija regolata minn assoċjazzjoni jew organizzazzjoni fil-pajjiż fejn tixtieq taħdem, se jkollok issir membru qabel ma tkun tista' tuża t-titolu professjonali.

Qabel ma tapplika sabiex ikollok ir-rikonoxximent tal-kwalifiki tiegħek, aqra l- [405 KB] pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf mill-Kummissjoni tal-UE.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?