Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 20/06/2014

work

Ħaddiema bejn il-fruntieri

Jekk taħdem f'pajjiż tal-UE iżda tgħix f'ieħor u tmur hemm ta' kuljum, jew tal-anqas darba fil-ġimgħa, titqies bħala ħaddiem bejn il-fruntieri skont il-liġi tal-UE (xi drabi msejjaħ ħaddiem transkonfinali jew ħaddiem li jaħdem bejn il-fruntieri).

Kun żgur li tiċċekkja:

Ara wkoll:

Id-dritt tiegħek li tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE

Ir-reġistrazzjoni tal-karozza għall-ħaddiema bejn il-fruntieri

Il-liġijiet ta' liema pajjiż japplikaw?

Fil-ħajja ta' kuljum, inti suġġett għal-liġijet taż-żewġ pajjiżi.

Il-liġijiet fejn taħdem ikopru:

Il-liġijiet fejn tgħix ikopru:

  • it-taxxi fuq il-proprjetà u l-biċċa l-kbir tat-taxxi l-oħra;
  • il-formalitajiet tar-residenza.

Storja bħala eżempju

Kun ċert li ma titlifx flus jekk ħdimt f'pajjiż ieħor

Evelien mill-Pajjiżi l-Baxxi ħadmet il-Ġermanja bħala ħaddiem bejn il-fruntieri waqt li baqgħet tgħix fil-Pajjiżi l-Baxxi għal 10 snin. Matul dak iż-żmien, iddeċidiet li tidħol fi skema ta' pensjoni privata fil-Ġermanja u kisbet bonus ta' qligħ għall-pensjoni mill-awtoritajiet Ġermaniżi.

Meta rtirat, l-awtoritajiet Ġermaniżi talbuha tħallas lura l-bonusijiet kollha tal-qligħ għall-pensjoni li tawha matul l-aħħar 10 snin. Qalulha li dan ġara minħabba li hi waqfet tħallas it-taxxi fil-Ġermanja. Iżda hekk kif Evelien waqfet taħdem il-Ġermanja, kellha tħallas it-taxxi fil-pajjiż ta' residenza tagħha, il-Pajjiżi l-Baxxi.

Evelien tellgħet il-każ quddiem il-qrati Ġermaniżi. Qablu li, bħala ħaddiema li tgħix f'pajjiż u taħdem f'ieħor, kienet intitolata għall-bonus, li jgħodd bħala benefiċċju supplimentari. Evelien ma kellhiex tħallas lura l-bonus.

Jekk tiġi rifjutat benefiċċji supplimentari mogħtija lill-ħaddiema fil-pajjiż fejn taħdem, ikkuntattja konsulent tal-impjiegi Ewropej jew is-servizzi ta' informazzjoni u assistenza tagħna.

Storja bħala eżempju

Benefiċċji li int intitolat għalihom fil-pajjiż fejn taħdem

Rosita tgħix l-Italja mar-raġel tagħha u tliet uliedha, iżda taħdem fi Franza. Applikat għal abbonament bi prezz imnaqqas tal-ferrovija għall-familji numerużi, iżda ma kisbitux peress li la hi u lanqas uliedha ma jgħixu Franza.

Rosita għandha tinsisti u, jekk meħtieġ, tfittex l-għajnuna mis-servizzi ta' assistenza tal-UE. Il-ħaddiema kollha tal-UE b'familji numerużi (f'ħafna mill-pajjiżi dan ifisser tlitt itfal jew iktar) huma intitolati għal ivvjaġġar imraħħas tal-ferrovija fejn jaħdmu mill-ewwel ġurnata li fiha jibdew jaħdmu - jekk dan it-tip ta' roħs jeżisti għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Kont tal-bank għall-ħlas tas-salarju

Jista' jagħti l-każ li min iħaddmek ikun iridek tiftaħ kont tal-bank fil-pajjiż tal-impjieg tiegħek biex iħallaslek is-salarju.

  • Fiż-żona tal-ewro - Il-kont fil-pajjiż fejn tgħix għandu jkun biżżejjed u min iħaddmek ma jistax jisfurzak - sakemm il-pajjiż ta' residenza kif ukoll il-pajjiż tal-impjieg tiegħek jinsabu t-tnejn li huma fiż-żona tal-ewro.

    Biex min iħaddmek ikun jista' jittrasferixxi s-salajru tiegħek - bla ebda spejjeż addizzjonali - irid ikollu n-numru IBAN u BIC tal-kont tal-bank tiegħek. Il-banek ma jistgħux jitolbu ħlas ogħla għal trasferimenti internazzjonali f'ewro minn trasferimenti nazzjonali. Jekk it-trasferiment bejn il-fruntieri jaqbez il-limitu ta' €50,000, il-bank jista' jitlob aktar ħlas.

  • Jekk tgħix u taħdem barra miż-żona tal-ewro, jista' jkun leġittimu li min iħaddmek jitolbok tiftaħ kont tal-bank lokali jekk jippruvalek li se jkun jiswielu aktar flus biex jittrasferixxilek s-salarju f'pajjiż barrani.
Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika

Footnote

F'dan il-każ, 28 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.