Xogħol fis-settur pubbliku f'pajjiż barrani

Ħaddiema taċ-ċivil f'pajjiż barrani

Titqies ħaddiem taċ-ċivil f'pajjiż barrani jekk:

  • Int impjegat taċ-ċivil f' pajjiż tal-UE u ssekondat biex taħdem f'pajjiż ieħor (f'ambaxxata, konsulat jew istituzzjoni uffiċjali f'pajjiż barrani);
  • B'mod alternattiv, int taħdem bħala impjegat taċ-Ċivil f'pajjiż iżda għall-raġunijiet personali int tgħix (għandek id-dar permanenti tiegħek) f'ieħor.

Jekk minflok, tkun qed taħdem fil-pajjiż ospitanti tiegħek għal entità tas-settur pubbliku lokali mingħajr m'int ċittadin tal-pajjiż, titqies bħala ħaddiem migrant.

Kun żgur li tiċċekkja:

Aċċess għal impjiegi fis-settur pubbliku

Bħala ċittadin tal-UE, inti għandek id-dritt li taħdem f'pajjiż ieħor tal-UE, inkluż fis-settur pubbliku — dan ifisser, pereżempju, fl-intrapriżi tal-istat, l-entitajiet tal-gvern u l-awtoritajiet pubbliċi.

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jirriżervaw ċerti pożizzjonijiet għaċ-ċittadini tal-pajjiż, imma dan jistgħu jagħmluh biss jekk ix-xogħol ikun jinvolvi:

  • l-eżerċitar tas-setgħat ta' awtorità pubblika
  • il-ħarsien tal-interessi ġenerali tal-istat.

Dawn huma pożizzjonijiet tipikament fis-servizz diplomatiku, il-forzi armati, il-pulizija u l-forzi tas-sigurtà, l-awtoritajiet ġudizzjari u tat-taxxa. Iżda anki hemm, il-pożizzjonijiet li ma jinvolvux l-eżerċitar ta' awtorità pubblika jridu jkunu miftuħa għal ċittadini oħrajn tal-UE. Pereżempju, xogħol amministrattiv jew ta' għajnuna teknika ma jinvolvix l-eżerċitar ta' dawn is-setgħat, għalhekk dawn il-pożizzjonijiet ma jistgħux jiġu riżervati għaċ-ċittadini tal-pajjiż biss.

Biex tikseb impjieg fis-settur pubbliku, tista' tkun teħtieġ rikonoxximent uffiċjali tal-kwalifiki tiegħek fil-pajjiż fejn tixtieq taħdem.

Il-pajjiż il-ġdid ma jistax iqisek anqas abbażi tal-esperjenza professjonali sempliċiment għax tkun ksibtha f'pajjiż ieħor tal-UE fejn jidħlu:

  • id-deċiżjonijiet dwar il-pożizzjonijiet li inti eleġibbli għalihom meta l-anzjanità jew l-esperjenza huma meħtieġa biex tipparteċipa f'kompetizzjoni għal reklutaġġ
  • id-determinar tas-salarju, il-grad u l-kondizzjonijiet oħrajn tiegħek.

Twissija

Bħala ċittadin tal-UE li qed tfittex impjieg f'pajjiż ieħor tal-UE, int intitolat għall-istess assistenza mis- servizzi pubbliċi tal-impjiegi bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Storja bħala eżempju

L-esperjenza tiegħek fl-UE tgħodd

Elisa (Franċiża) ħadmet bħala għalliema fi Franza għal 10 snin qabel ma marret tgħix l-Italja. Il-kwalifika tagħha sabiex tgħallem ġiet rikonoxxuta fl-Italja, iżda l-awtoritajiet Taljani kkunsidrawha bħala waħda li għadha tibda u b'hekk tawha l-anqas grad ta' anzjanità u paga.

Jekk l-anzjanità u l-paga tal-għalliema fl-Italja huma stabbiliti skont l-ammont ta' snin ta' esperjenza professjonali, allura Elisa għandha tingħata l-istess kalkolu fl-Italja għall-esperjenza li kisbet f'pajjiż ieħor tal-UE.

Ara wkoll:

Rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali

Europass

Postijiet vakanti fl-Ewropa

Mistoqsijiet frekwenti

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 18/12/2023
Ikkondividi din il-paġna