Mistoqsijiet frekwenti - Xogħol fis-settur pubbliku f'pajjiż barrani

Bħala ħaddiem taċ-Ċivil, meta tkun issekondat barra pajjiżek minn min iħaddmek, jeħtieġlek tapplika għal formola S1 (dik li qabel kinet l-E 106) mill-assigurazzjoni fuq is-saħħa tiegħek sabiex int u familtek jingħatalkom aċċess għal kura fuq is-saħħa matul iż-żmien li tkunu qed toqogħdu fih. Hekk kif issibu post fejn toqogħdu, issottomettu l-formola S1 (dik li qabel kinet l-E 106) lill-awtorità tal-assigurazzjoni fuq is-saħħa tal-għażla tiegħek (jekk teżisti l-għażla) fil-pajjiż il-ġdid tiegħek.

Twissija

Fittex dwar is-sistema tal-kura tas-saħħa fil-pajjiż fejn qed taħdem bħalissa: din tista' tkun ferm different mill-istrutturi li int familjari magħhom f'pajjiżek.

Biex tirċievi trattament mediku lokalment (fil-pajjiż fejn tinsab issekondat), jeħtieġlek titlob lill-assigurazzjoni tiegħek (fil-pajjiż fejn normalment taħdem) id-dokument DA1 fejn tagħti d-dettalji tal-aċċident jew il-mard. Imbagħad jeħtieġlek tippreżenta d-dokument DA1 lill-awtorità tal-assigurazzjoni fil-pajjiż li fih int issekondat.

L-għoti ta' dħul ta' flus li jagħmel tajjeb għal kwalinkwe żmien li fih ma taħdimx jitħallas mill-awtorità tal-assigurazzjoni tiegħek (fil-pajjiż li normalment taħdem fih).

IVA — Il-pajjiż ġdid li se jimpjegak ma jistax jagħtik anqas meritu għall-esperjenza professjonali tiegħek sempliċement minħabba li tkun akkwistajtha f'pajjiż ieħor tal-UE. Esperjenza li tista' titqabbel għandha tingħata l-istess mertu meta jiġi deċiż is-salarju, il-gradi u kundizzjonijiet oħrajn tax-xogħol. L-istess japplika għall-aċċess għal impjiegi fis-servizz pubbliku

LE — Kull regola li teħtieġlek tgħix fil-pajjiż il-ġdid tiegħek qabel ma titħalla taħdem f'servizz pubbliku partikulari tkun illegali, sakemm ma tkunx iġġustifikata bi ħtiġijiet speċifiċi li jirrigwardaw il-kariga involuta.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

L-aħħar verifika: 19/12/2023
Ikkondividi din il-paġna