Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Qgħad u benefiċċji

Aġġornat : 31/07/2014

work

Is-sistemi tas-sigurtà soċjali fl-UE

Jeżistu differenzi kbar fil-mod kif pajjiżi differenti tal-UE organizzaw il-benefiċċji, il-kura tas-saħħa u servizzi oħrajn tas-sigurtà soċjali.

Kull pajjiż tal-UE għandu l-liġijiet tiegħu li jiddeterminaw:

  • x’benefiċċji int intitolat għalihom, kemm se tirċievi u għal kemm żmien
  • kemm jeħtieġlek taħdem fih qabel ma tikkwalifika għall-benefiċċji tal-qgħad, ir-regoli biex tikkalkula l-benefiċċji u t-tul ta' żmien tal-benefiċċji

Ir-regoli tal-UE biss jiddeterminaw liema mis-sigurtà soċjali tal-pajjiż tkoprik meta żewġ pajjiżi jew aktar huma involuti.

Bħala regola, int kopert mil-leġiżlazzjoni ta' pajjiż wieħed biss f'perjodu partikulari u tħallas il-kontribuzzjonijiet biss f'dak il-pajjiż; għandek tkun trattat bl-istess mod bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Is-sistemi tal-benefiċċji fil-pajjiż ospitanti jistgħu jkunu ferm differenti minn dak li int imdorri bihom f'pajjiżek. Ideat żbaljati jista' jkollhom konsegwenzi serji - għalhekk aċċerta ruħhek dwar liema benefiċċji int intitolat għalihom fil-pajjiż ospitanti.

Storja bħala eżempju

Kull pajjiż għandu r-regoli tiegħu għall-għoti ta’ benefiċċji

Line mid-Danimarka kienet qed tgħix u taħdem f'Ċipru meta tilfet xogħolha u applikat għall-benefiċċju tal-qgħad fih.

Kienet diżappuntata meta skopriet li kienet se titħallas biss għal 156 ġurnata. Fid-Danimarka, il-benefiċċju kien jitla’ sa 4 snin. Qatt ma bassret li d-differenza se tkun daqshekk kbira.

Formoli utli

Biex tkun tista' tgħaddi minn sistema ta' benefiċċji ta' pajjiż għal oħra, għandu mnejn ikun jeħtieġlek li tippreżenta formoli li jiċċertifikaw is-sitwazzjoni tal-benefiċċji tiegħek meta tasal.

Skopri dwar il-formoli standard tas-sigurtà soċjali.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika

Footnote

F'dan il-każ, 28 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, 28 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.