Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

FAQ - Benefiċċji

  • Mort noqgħod f'pajjiż ieħor biex naħdem hemm, imma familti baqgħet f'pajjiżi. Fejn għandi nħallas il-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-saħħa għad-dependenti tiegħi?

    Hemm 2 possibbiltajiet:

    Jekk il-ġenitur l-ieħor ta' wliedek taħdem f'pajjiżek, ikollha tħallas il-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-saħħa għad-dependenti tagħkom hemm.

    Jekk il-ġenitur l-ieħor ta' wliedek ma jaħdimx, trid tħallas il-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-saħħa għad-dependenti tagħkom fil-pajjiż fejn taħdem. Għandek titlob formola S1 (eks formola E 109) mill-awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-pajjiż fejn taħdem. Ladarba tinħareġ din il-formola, ibgħatha lill-awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa ta' pajjiżek.

  • Sibt xogħol f'pajjiż ieħor tal-UE. Nista' nżomm il-benefiċċji f'pajjiżi?

    Bħala regola ġenerali, il-pajjiż fejn se taħdem għandu jkun responsabbli għall-benefiċċji tiegħek. Tista' tkun suġġett għal-leġiżlazzjoni tal-benefiċċji (mard, familja, pensjoni, qgħad) ta' pajjiż wieħed biss; Dan ifisser li f'dan il-każ il-kopertura f'pajjiżek se tieqaf. Il-pajjiż il-ġdid fejn se taħdem isir responsabbli għall-benefiċċji tiegħek. Imma b'daqshekk ma titlifx id-drittijiet li faddalt tul iż-żmien f'pajjiżek, pereżempju d-drittijiet tal-pensjoni.

  • Fil-pajjiż fejn issa mort noqgħod biex naħdem, nista' nsir intitolat għall-benefiċċji tal-mard biss wara li nkun ilni nħallas l-assigurazzjoni hemm għal 6 xhur. Xorta jiena suġġett għal dan il-perjodu ta' stennija jekk ħdimt f'pajjiż ieħor tal-UE?

    LE — Ir-regoli tal-UE jiżguraw li tkun intitolat għall-benefiċċji tal-mard mill-bidu tal-perjodu tal-assigurazzjoni fil-pajjiż il-ġdid jekk kont diġà kopert għal 6 xhur jew aktar f'pajjiż ieħor tal-UE.

  • X'jiġri jekk ikolli aċċident waqt li nkun qed infittex xogħol barra minn Malta? L-assigurazzjoni fuq is-saħħa tiegħi hi valida?

    Jekk qed tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad mill-pajjiż li fih spiċċajt bla xogħol, l-assigurazzjoni fuq is-saħħa tiegħek xorta tibqa' tgħodd fil-pajjiżi tal-UE. Int u familtek għandkom id-dritt għall-kura — iżda jkun jeħtiġilkom turu l-Kard Ewropea għall-assigurazzjoni fuq is-saħħa. Jekk għad m'għandekx waħda, tista' tapplika għaliha mill-awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek.

    Skopri kif taħdem is-sistema tal-kura tas-saħħa meta tmur tgħix f'pajjiż ġdid. Din tista' tkun ferm differenti minn dik li int imdorri biha.

  • Jekk immur u nfittex impjieg barra pajjiżi, inkun nista' nkompli ningħata l-benefiċċji tal-familja mill-pajjiż li fih inkun spiċċajt bla xogħol?

    IVA — It-trasferiment tal-benefiċċji tal-qgħad lejn pajjiż ieħor sabiex tfittex impjieg fih ma jaffettwax id-drittijiet tiegħek tas-sigurtà soċjali jew dawk ta' familtek (l-assigurazzjoni fuq is-saħħa, il-benefiċċji tal-familja, id-drittijiet għal pensjoni tal-invalidità jew tax-xjuħija, eċċ) fil-pajjiż li fih tkun sibt ruħek bla xogħol.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika