Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 18/12/2014

work

Għotjiet f'każ ta' mewt

Meta persuna tmut, xi pajjiżi jagħtu għotja tal-mewt (bereavement payment) lill-qraba (ir-romol, l-imsieħba ċivili, lill-ulied u lil qraba oħrajn). Id-dritt għall-benefiċċji jiddependu fuq:

  • is-sistema tal-assigurazzjoni soċjali tal-pajjiż li l-persuna mejta kienet koperta biha, u jekk dak il-pajjiż jipprovdix għotjiet tal-mewt
  • liema kundizzjonijiet huma marbuta mal-ħlas ta' għotjiet tal-mewt f'dak il-pajjiż u jekk jintlaħqux dawk il-kundizzjonijiet.

Fejn għandek tapplika?

Għall-għotjiet tal-mewt (meta jkunu disponibbli), il-qraba għandhom dejjem japplikaw għand l-awtorità tal-assigurazzjoni soċjali li kienet irreġistrata magħha l-persuna mejta, fil-pajjiż fejn din kienet tgħix.

Liema pajjiż se jħallas?

Bħala regola ġenerali,

jekk il-persuna mejta kienet tirċievi pensjoni minn pajjiż wieħed tal-UE, dak il-pajjiż iħallas l-għotja tal-mewt

  • jekk il-persuna mejta kienet tirċievi pensjoni minn diversi pajjiżi tal-UE, il-pajjiż fejn kienet tgħix (jekk kienet tirċievi pensjoni minn dak il-pajjiż) jew il-pajjiż fejn kienet assigurata l-iktar fit-tul, iħallas l-għotja tal-mewt.

Fiż-żewġ każijiet, l-applikazzjoni xorta trid issir għand l-awtorità tal-assigurazzjoni soċjali li l-persuna mejta kienet irreġistrata magħha, fil-pajjiż fejn kienet tgħix.

Storja bħala eżempju

Kun af liema pajjiż għandu jħallas l-għotja tal-mewt tiegħek

Els u Jan mill-Olanda marru jgħixu l-Italja meta rtiraw. Meta Jan miet, lil Els qalulha li setgħet tapplika għall-għotja tal-mewt mill-Olanda, iżda ma kinitx taf fejn kellha tapplika.

Els ikkuntattjat lill-konsulent Ewropew tal-impjiegi u sabet li kellha tapplika għand l-awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa fejn ir-raġel tagħha kien irreġistrat fl-Italja. Din l-amministrazzjoni mbagħad bagħtet l-applikazzjoni tagħha lill-awtoritajiet Olandiżi.

Kun af aktar dwar l-għotjiet tal-mewt fil-pajjiż responsabbli li jħallashom:

Agħżel:

  • l-Awstrija français Deutsch English
  • il-Belġju français Nederlands Deutsch English
  • il-Bulgarija français Deutsch български English
  • il-Kroazja français Deutsch hrvatski English
  • Ċipru*
  • ir-Repubblika Ċeka français čeština Deutsch English
  • id-Danimarka*
  • l-Estonja*
  • il-Finlandja*
  • Franza français Deutsch English
  • il-Ġermanja français Deutsch English
  • il-Greċja français Deutsch Ελληνικά English
  • l-Ungerija*
  • l-Islanda français Deutsch English
  • l-Irlanda français Deutsch English
  • l-Italja*
  • il-Latvja français Deutsch Latviešu English
  • Liechtenstein français Deutsch English
  • il-Litwanja français Deutsch Lietuvių English
  • il-Lussemburgu français Deutsch English
  • Malta
  • il-Pajjiżi l-Baxxi*
  • In-Norveġja*
  • il-Polonja français Deutsch polski English
  • il-Portugall português Deutsch français English
  • ir-Rumanija*
  • is-Slovakkja Slovenčina français Deutsch English
  • is-Slovenja*
  • Spanja français Deutsch español English
  • l-Isvezja*
  • L-Iżvizzera français Deutsch italiano English
  • ir-Renju Unit français Deutsch English

* L-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali se tittella' dalwaqt.

Għajnuna u pariri

Footnote

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.