Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

It-taxxi – Malta

Aġġornat : 24/02/2014

It-taxxi fuq id-dħul f'pajjiż barrani

X'inhi s-sitwazzjoni tiegħek?

Jien impjegat

Liema dħul ta' flus jiġi ntaxxat f'Malta?

  • Tgħix f'Malta? Jeħtieġlek tħallas it-taxxa fuq id-dħul ta' flus tiegħek mid-dinja kollha.

    (kriterju: preżenza ta' mill-anqas 183 jum konsekuttiv f'perjodu ta' 12-il xahar)

  • Tgħix f'Malta iżda għal anqas minn 183 jum? Ma titqiesx bħala residenti taxxabbli u tħallas biss it-taxxa fuq id-dħul ta' flus li taqla' f'Malta.

  • Dħul ta' flus minn pajjiżi oħrajn tal-UE? Iċċekkja li qatt ma tħallas darbtejn għall-istess dħul ta' flus.

Kemm għandek tħallas?

Dak li jibqa' mid-dħul ta' flus gross tiegħek f'Malta wara li jitnaqqsu t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali?

Rati tat-Taxxa fuq id-dħul

Ir-rati tat-taxxa fuq id-dħul jiddependu mil-livell ta' dħul ta' flus tiegħek u mis-sitwazzjoni ta' familtek. Qis kull:

  • benefiċċji ta' taxxa
  • tnaqqis li għandek dritt għalih għal ċerti tipi ta' nfiq.

Meta u kif għandek tħallas?

Min iħaddmek inaqqaslek it-taxxa fuq id-dħul u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mill-pagi, il-benefiċċji ta' kuljum jew mir-remunerazzjoni tiegħek.

Dawn li ġejjin ma jeħtiġilhomx jibagħtu d-dikjarazzjoni tat-taxxa:

  • Ir-residenti Maltin li l-ammont totali ta' dħul annwali jikkonsisti biss fi dħul ta' flus li minnu t-taxxa tnaqqset fis-sors
  • l-individwi li mhumiex taxxabbli.

Dawn iż-żewġ kategoriji ta' persuni jirċievu dikjarazzjoni tat-taxxa, li tista' tkun ikkontestata fi żmien 30 jum minn meta jirċevuha. Il-persuni l-oħrajn kollha għandhom jibagħtu d-dikjarazzjoni sat-30 ta' Ġunju.

Kif tappella / tilmenta

Jekk ma taqbilx mal-valutazzjoni tat-taxxa tiegħek, tista' tappella lill-uffiċċju tat-taxxa English. Aqra l-ittra tal-valutazzjoni tat-taxxa tiegħek b'attenzjoni biex issir taf eżattament liema dipartiment għandek tibgħat l-ilment tiegħek u liema proċeduri jeħtieġlek issegwi.

Links

Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni ta' Malta English

Iċċekkja wkoll x'inhuma d-drittijiet tal-UE tiegħek.


Punti ta’ kuntatt

Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni ta' Malta English

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ingħata parir min-netwerk Ewropew ta' appoġġ għan-negozji English