Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 14/04/2014

work

It-taxxi fuq id-dħul f'pajjiż barrani

Liema pajjiż jista' jintaxxak?

Ma hemm ebda regoli li japplikaw fl-UE kollha u li jgħidu kif ċittadini tal-UE li jgħixu, jaħdmu jew iqattgħu ż-żmien barra minn pajjiżhom għandhom jiġu ntaxxati fuq id-dħul tagħhom.

Madankollu, il-pajjiż fejn int resident għall-finijiet tat-taxxa jista' normalment jintaxxa d-dħul tiegħek mid-dinja kollha, li ħdimt għalih jew le. Dan jinkludi l-pagi, il-pensjonijiet, il-benefiċċji, id-dħul minn proprjetà jew minn sorsi oħrajn, jew il-qligħ kapitali minn bejgħ ta’ proprjetà, mill-pajjiżi kollha madwar id-dinja.

Kull pajjiż għandu d-definizzjoni tiegħu ta' residenza taxxabbli; madankollu:

  • Normalment titqies bħala resident taxxabbli fil-pajjiż li fih tqatta' aktar minn 6 xhur f'sena
  • Jekk tqatta' anqas minn 6 xhur fis-sena f'pajjiż ieħor tal-UE, normalment se tibqa' resident taxxabbli f'pajjiżek.

Ivverifika r-rati tat-taxxa, id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet tat-taxxa, id-definizzjonijiet ta’ residenza tat-taxxa fil-pajjiżi tal-UE:

Agħżel il-pajjiż

Agħżel il-pajjiż

Drittijiet komuni fil-pajjiżi tal-UE


* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

Residenza doppja

F’ċerti każijiet, żewġ pajjiżi jikkunsidrawk resident taxxabbli fl-istess ħin, u t-tnejn li huma jistgħu jeħtieġu li int tħallas taxxi fuq id-dħul totali tiegħek mid-dinja kollha. Fortunatament, bosta pajjiżi għandhom ftehimiet dwar taxxa doppja Deutsch English français , li normalment jipprovdu r-regoli li jiddeterminaw liema miż-żewġ pajjiżi jista' jittrattak bħala resident.

Jekk it-trattat tat-taxxa ma jipprovdix soluzzjoni jew jekk is-sitwazzjoni tiegħek tkun partikularment ikkumplikata, ikkuntattja l-awtoritajiet tat-taxxa Deutsch English français ta’ wieħed jew iż-żewġ pajjiżi u itlobhom biex jiċċaraw is-sitwazzjoni tiegħek.

Ħaddiema stazzjonati/dawk li qed ifittxu x-xogħol

F'ċerti każijiet, bħal dawk ta' ħaddiema stazzjonati barra pajjiżhom għal żmien limitat jew dawk li jkunu qed ifittxu impjieg f'pajjiż barrani, tista' titqies bħala resident taxxabbli, u għalhekk taxxabbli, f'pajjiżek anki jekk toqgħod fil-pajjiż barrani għal aktar minn 6 xhur - jekk iżżomm id-dar permanenti tiegħek f'pajjiżek u l-irbit personali u ekonomiku tiegħek ma' dak il-pajjiż hu aktar qawwi. Ikkuntattja l-awtoritajiet tat-taxxa Deutsch English français biex jiċċekkjaw liema regoli japplikaw għalik.

F’każ bħal dan, il-pajjiż li jospitak jista' wkoll jintaxxak - is-sid li jħaddmek lokalment jista', pereżempju, inaqqaslek it-taxxi mis-salarju tiegħek fil-ħin tal-ħlas.

Barra minn hekk, kemm jekk tkompli jew jekk ma tkomplix tkun residenti f’pajjiżek, dak il-pajjiż jista' jintaxxa d-dħul (pereżempju minn proprjetà) li jseħħ fih.

F'dawn il-każijiet, kun af li jeżistu soluzzjonijiet għat- tassazzjoni doppja u kun ċert li d-dħul tiegħek ma jkunx intaxxat darbtejn jekk ma jeħtiġlux li jagħmel dan.

Residenza tat-taxxa fittizja

Skont ċerti trattati dwar it-taxxa doppja Deutsch English français , il-pajjiż li fih taqla' jew kważi taqla' d-dħul kollu tiegħek se jittrattak bħala resident taxxabbli, anki jekk ma tgħixx fih. Dan l-istatus ta' resident taxxabbli fittizju jingħata f'xi pajjiżi lill- ħaddiema transkonfinali .

Skont ir-regoli tal-UE, kull pajjiż xorta għad għandu ċerta libertà biex jiddeċiedi x'perċentwal tad-dħul tiegħek jirrappreżenta "kważi kollox". Fi kwalunkwe każ, irrispettivament minn jekk il-pajjiż fejn taqla’ jew kważi taqla' d-dħul kollu tiegħek jittrattakx bħala resident taxxabbli jew le, hu se jkun obbligat li jagħtik l-istess benefiċċji soċjali u eżenzjonijiet mit-taxxi li hu jagħti lil resident.

Naturalment jekk tirċievi l-għajnuniet soċjali kollha għar-residenti fil-pajjiż fejn taħdem, ma tistax tistenna li tirċievi l-benefiċċji soċjali u l-eżenzjonijiet disponibbli għar-residenti fil-pajjiż li fih tgħix ukoll. Kun af li l-awtoritajiet tat-taxxa se jikkomunikaw ma’ xulxin sabiex jassiguraw li ma tirċevix sett doppju ta' benefiċċji soċjali u ta' eżenzjonijiet.

Trattament ugwali

Skont ir-regoli tal-UE, irrispettivament f'liema pajjiż tal-UE titqies bħala resident taxxabbli, għandek tkun intaxxat bl-istess mod bħaċ-ċittadini tal-pajjiż bl-istess kundizzjonijiet. Pereżempju, fil-pajjiż li fih int resident taxxabbli jew li fih taqla' d-dħul kollu jew il-biċċa l-kbira tiegħu, għandek dritt għal:

  • kwalunkwe benefiċċji tal-familja u tnaqqis mit-taxxa għall-ispejjeż tal-kura tat-tfal disponibbli anke jekk l-ispejjeż isiru f'pajjiż ieħor tal-UE
  • kwalunkwe tnaqqis tat-taxxa disponibbli għal imgħax fuq l-ipoteki, anke għal dar li għandek f’pajjiż ieħor tal-UE
  • sistema ta' tassazzjoni konġunta mal-konjuga tiegħek, jekk dan ikun possibbli f'dak il-pajjiż

Jekk tħoss li qed tkun diskriminat, tista' tikseb parir personalizzat.

 

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE / Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika