Mistoqsijiet frekwenti - Taxxi fuq id-dħul f'pajjiż barrani

IVA - X'aktarx. Jekk tgħix f'pajjiż għal aktar minn 6 xhur f'sena, dak il-pajjiż normalment jikkunsidrak bħala resident għal raġunijiet ta' taxxa. Dan ifisser li dak il-pajjiż jintaxxalek l-introjtu li taqla' waqt li tkun qed taħdem hemm u se jkollu wkoll id-dritt li jintaxxalek l-introjtu mad-dinja kollha. Għandek tiskopri jekk intix se tkun ikkunsidrat resident taxxabbli fil-pajjiż il-ġdid u x'inhuma r-rati applikabbli u t-tnaqqis mit-taxxa. Għandek tiċċekkja wkoll jekk is-salarju li taqla' hemm jiġix intaxxat f'pajjiżek u xi ħelsien, jekk hemm, jingħata fil-ftehim dwar it-taxxa doppja bejn iż-żewġ pajjiżi.

Bħala ħaddiem bejn il-fruntieri, normalment ikollok tħallas it-taxxi fuq is-salarju tiegħek fil-Belġju, fejn probabbilment se tara ammont provviżorju miżmum mis-salarju tiegħek mill-awtoritajiet Belġjani. Madankollu, bħala resident taxxabbli fi Franza, hu fi Franza li se jkollok tiddikjara u tħallas it-taxxa fuq id-dħul mad-dinja kollha, inkluż is-salarju Belġjan tiegħek. Normalment, it-taxxa mħallsa fil-Belġju se tkun ikkunsidrata meta tiġi determinata t-taxxa dovuta tiegħek fi Franza, sabiex tiġi evitata tassazzjoni doppja.

Iċċekkja l-ftehim bilaterali dwar it-taxxa bejn Franza u l-Belġju, biex tara jekk l-istatus ta' "ħaddiem bejn il-fruntieri" japplikax għalik. Jekk japplika, għandu mnejn ikollok tħallas it-taxxa biss fi Franza. Għandek ukoll tara l-aħħar protokoll bejn Franza u l-Belġju dwar ħaddiema transkonfinali (jew "ħaddiem bejn il-fruntieri").

Tista' tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet lokali tat-taxxa fil-Belġju u fi Franza, jew is-sħubija transkonfinali Ewropea għall-impjiegi fir-reġjun tiegħek għal kjarifika tas-sitwazzjoni.

JIDDEPENDI. Jekk qed taqla' introjtu minn impjieg f'pajjiż, dak il-pajjiż se jkollu probabbilment jagħtik il-ħelsien kollu mit-taxxa rigward l-introjtu mill-impjieg disponibbli għar-residenti ta' dak il-pajjiż. Dan ikun jinkludi ħelsien mill-kontribuzzjonijiet għal skemi ta' pensjonijiet tax-xogħol jekk dan jingħata lir-residenti, irrispettivament fejn tinsab l-iskema tal-pensjoni tax-xogħol.

Jekk tibbenefika minn ħelsien mit-taxxa għal kontribuzzjonijiet għal skema ta' pensjoni tax-xogħol fil-pajjiż fejn għandek l-impjieg, ma tkunx tista' tibbenefika wkoll minn ħelsien ta' din ix-xorta fil-pajjiż ta' residenza tiegħek.

Ir-regoli dwar it-trattament ugwali jfissru li l-pajjiż fejn taħdem u l-pajjiż ta' residenza jeħtiġilhom li jagħtuk l-istess trattament disponibbli għal residenti/persuni li jaħdmu lokalment iżda mhumiex obbligati li jagħtuk trattament aħjar.

Dan jiddependi minn jekk għandekx kwalunkwe introjtu ieħor mill-pajjiż fejn tgħix, u mir-regoli tar-rifużjoni tat-taxxa applikati għar-residenti fil-pajjiż fejn taħdem.

Biex tkun ċert, staqsi l-uffiċċju tat-taxxa; konsulent dwar l-impjiegi Ewropej Iftaħ bħala link estern jista' wkoll jagħtik l-informazzjoni bażika dwar ir-regoli rilevanti.

Ġeneralment, il-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-UE jintaxxaw ir-residenti u lil dawk li mhumiex residenti b'mod differenti.

Bħala ħaddiem bejn il-fruntieri, jista' ma jkollokx dritt għal ħelsien mit-taxxa li jingħata lir-residenti lokali fil-pajjiż fejn taħdem jekk int (jew martek f'ċerti każijiet) taqalgħu x'introjtu minn xi mkien ieħor u għalhekk ma taqgħux taħt ir-regoli ta' dak il-pajjiż, ikkunsidrat li intom qlajtu "l-introjtu sħiħ jew kważi sħiħ (tagħkom)" fih.

Madankollu, jekk taqla' l-introjtu kollu jew kważi kollu tiegħek fil-pajjiż fejn taħdem, dak il-pajjiż obbligat skont il-liġi tal-UE li jagħtik l-allowances tat-taxxa disponibbli għar-residenti tiegħu. Dan jista' jfisser li jagħtik allowances għal pagamenti li saru fil-pajjiż ta' residenza tiegħek. Pereżempju, jekk qed tikkontribwixxi għal skema supplimentari ta' pensjoni fil-pajjiż fejn tgħix, il-kontribuzzjonijiet tiegħek għandhom jitnaqqsu fil-pajjiż li taħdem fih – sakemm il-pajjiż li taħdem fih jippermetti tnaqqis għal kontribuzzjonijiet magħmulin għal skema ta' din ix-xorta f'dak il-pajjiż.

Fil-fatt, ċerti pajjiżi jittrattaw ukoll il-ħaddiema bejn il-fruntieri bħala residenti fittizji taħt ċerti kundizzjonijiet li jvarjaw minn pajjiż għal ieħor. Jekk għandek dak l-istatus, tista' titlob l-istess tnaqqis tat-taxxa jew tnaqqis ieħor bħar-residenti tal-pajjiż fejn taħdem.

Ara l-kondizzjonijiet li japplikaw bir-reqqa qabel ma tibda taħdem bejn il-fruntieri. Iċċekkja wkoll il-każistika rilevanti għal sitwazzjonijiet simili.

Jekk irċevejt tnaqqis u allowances tat-taxxa fil-pajjiż fejn taħdem, aktarx li mhux se tirċevihom fil-pajjiż fejn tgħix.

Aktarx li tibqa' resident taxxabbli u taxxabbli fuq l-introjtu tiegħek mad-dinja kollha fi Franza biss sakemm:

  • l-istazzjonar mhux aktar minn 6 xhur
  • is-salarju tiegħek ma jitħallasx minn jew f'isem impjegatur residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi.
  • is-salarju tiegħek ma jitħallasx minn uffiċċju jew negozju permanenti ieħor li jagħmel parti mill-proprjetà tal-impjegatur tiegħek fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Madankollu, jekk dawn it-3 kondizzjonijiet mhumiex ilkoll ssodisfatti, tista' titqies bħala taxxabbli fil-Pajjiżi l-Baxxi – tal-anqas għall-introjtu li tkun daħħalt matul l-istazzjonar tiegħek.

Jekk toqgħod għal aktar minn 6 xhur fil-Pajjiżi l-Baxxi, aktarx li titqies bħala resident taxxabbli u, għalhekk, taxxabbli fuq l-introjtu tiegħek mad-dinja kollha, hemm. Skont il-biċċa l-kbira tal-ftehimiet dwar it-taxxa, dispożizzjoni "determinanti" tiġi operata biex titqies resident f'pajjiż wieħed biss jekk b'mod ieħor iż-żewġ pajjiżi se jikkunsidrawk bħala resident. Skont dik id-dispożizzjoni, tista' titqies bħala resident taxxabbli f'pajjiżek anke jekk taħdem u tgħix f'pajjiż ieħor, jekk iżżomm id-dar permanenti tiegħek f'pajjiżek u l-irbit personali u ekonomiku tiegħek ma' dak il-pajjiż jitqiesu li huma aktar b'saħħithom (pereżempju jekk martek u wliedek jibqgħu jgħixu f'pajjiżek u tmur lura fih fil-weekend).

Jekk Franza ġiet meqjusa bħala l-post ta' residenza tiegħek, il-Pajjiżi l-Baxxi ma jkollhomx id-dritt li jintaxxawlek l-introjtu tiegħek mad-dinja iżda jistgħu jintaxxawlek l-introjtu mill-impjieg tiegħek fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Ikun liema jkun il-pajjiż li jitqies bħala l-pajjiż ta' residenza tiegħek normalment hu jikkreditalek it-taxxa mħallsa fil-pajjiż l-ieħor kontra taxxa dovuta fil-pajjiż ta' residenza tiegħek. Innota li skont il-biċċa l-kbira tal-ftehimiet dwar it-taxxa doppja, aktarx li jkun hemm regoli differenti jekk l-impjegatur tiegħek hu awtorità pubblika.

Fil-każijiet kollha, għal tweġiba definittiva ara l-ftehim rilevanti dwar it-taxxa bejn il-pajjiżi involuti (f'dan il-każ Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi), jew ikkuntattja l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa de en fr .

MHUX NEĊESSARJAMENT. Fil-fatt x'aktarx li ssir resident taxxabbli f'pajjiż B jekk toqgħod fih għal aktar minn 6 xhur f'sena fiskali.

L-istatus tiegħek għal finijiet tat-taxxa jiddependi mil-liġijiet nazzjonali tal-pajjiżi A u B, u kwalunkwe ftehim dwar it-tassazzjoni doppja bejniethom. Madankollu, in-norma hi li tiġi akkwistata r-residenza taxxabbli fil-pajjiż fejn tkun qed taħdem wara 6 xhur fih.

Din mhix ħlief taqsira tal-aktar regoli komuni. Għal tweġiba definittiva, ara l-ftehim rilevanti dwar it-taxxa jew ikkuntattja l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali de en fr jew konsulent dwar l-impjiegi Ewropej Iftaħ bħala link estern .

Billi l-istazzjonar dam anqas minn 6 xhur, aktarx li int komplejt tħallas it-taxxa f'pajjiżek (il-pajjiż fejn normalment taħdem). Bħala regola ġenerali, ma għandekx tħallas kwalunkwe taxxa fuq l-introjtu fil-pajjiż ospitanti sakemm:

  • l-impjegatur tiegħek ma għandux uffiċċju permanenti f'dak il-pajjiż l-ieħor, jew
  • ma kontx stazzjonat biex taħdem għal impjegatur ibbażat f'dak il-pajjiż l-ieħor.

Anki jekk ebda mill-fatturi msemmijin hawn fuq ma japplika, il-liġijiet tal-pajjiż ospitanti jistgħu madankollu jobbligawk tħallas it-taxxa fuq is-salarju li tkun irċevejt matul l-istazzjonar tiegħek.

Iżda jekk jiġri dan, għandek tkun tista' titlob rimborż mill-pajjiż ospitanti, skont it-termini tal-ftehim dwar it-tassazzjoni doppja bejn il-pajjiż ospitanti u pajjiżek.

Innota li skont il-biċċa l-kbira tal-ftehimiet dwar it-taxxa doppja, aktarx li jkun hemm regoli differenti jekk l-impjegatur tiegħek hu awtorità pubblika.

Din mhix ħlief taqsira tal-aktar regoli komuni. Għal tweġiba definittiva, ara l-ftehim rilevanti dwar it-taxxa jew ikkuntattja l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali de en fr jew konsulent dwar l-impjiegi Ewropej Iftaħ bħala link estern .

Wara li tkun ilek tgħix għal sena sħiħa f'pajjiż ieħor tal-UE, normalment titqies hemm bħala resident għal finijiet tat-taxxi. Dan ifisser li dak il-pajjiz għandu jagħtik l-istess tnaqqis jew riduzzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tiegħu – anki jekk dawn japplikaw għal infiq li jsir barra mill-fruntieri tiegħu.

Mela jekk il-pajjiż ospitanti jippermetti dan it-tnaqqis mit-taxxi għal miżati taċ-childcare, pereżempju, tkun tista' tnaqqas kwalunkwe miżata għaċ-childcare li ħallast f'pajjiżek.

Dan jiddependi mill-ftehim bilaterali dwar it-taxxa bejn il-pajjiż li jħaddmek ("pajjiżek") u l-pajjiż fejn qed taħdem (il-pajjiż "ospitanti"). Il-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-UE għażlu r-regola li biha, bħala impjegat taċ-ċivil, għandek tħallas it-taxxi biss f'"pajjiżek".

L-eċċezzjoni: Jista' jkun jeħtieġlek tħallas taxxi fil-pajjiż "ospitanti" jekk l-impjegatur tiegħek iġiegħlek taħdem hemm jew inkella:

  • Int ċittadin tal-pajjiż "ospitanti" jew
  • Ma mortx tgħix hemm biss għall-iskop ta' xogħol bħala impjegat taċ-ċivil.

Din mhix ħlief taqsira tal-aktar regola komuni. Jista' jkun hemm eċċezzjonijiet f'xi ftehimiet internazzjonali dwar it-taxxa. Staqsi l-uffiċċju tat-taxxa tiegħek jew konsulent dwar l-impjiegi Ewropej Iftaħ bħala link estern u kkonsulta l-ftehim bilaterali rilevanti dwar it-taxxa.

IVA - Normalment għandek id-dritt għall-istess tnaqqis mit-taxxa bħar-residenti ta' pajjiżek - għalkemm jista' jkun hemm eċċezzjonijiet jekk l-introjtu tiegħek mhux l-introjtu sħiħ tal-familja tiegħek, pereżempju jekk martek qed taħdem u taqla' wkoll introjtu fil-pajjiż ospitanti u jekk għandhiex id-dritt li titlob tnaqqis simili fil-pajjiż ospitanti.

Pereżempju:

  • jekk "pajjiżek" jippermettilek tnaqqis mit-taxxa għal spejjeż relatati maċ-childcare, għandu jkun possibbli għalik li tnaqqas l-ammont korrispondenti għal kull spejjeż relatati maċ-childcare li tħallas fil-pajjiż "ospitanti".
  • jekk "pajjiżek" jippermetti tnaqqis mit-taxxa fuq l-interessi li tħallas għal self ta' flus fuq id-dar, għandek tkun tista' titlob tnaqqis korrispondenti għal kull interess li tħallas fuq self ta' flus għal dar li xtrajt fil-pajjiż "ospitanti".

Ma għandekx, ikun xi jkun il-każ, dritt għal żewġ skemi ta' tnaqqis.

Jekk tħoss li tkun qed tiġi diskriminat, għandek tfittex kumpens mingħand l-awtoritajiet nazzjonali. Skont in-natura tal-problema, tista' wkoll tfittex l-assistenza permezz tas-servizzi ta' assistenza taċ-ċittadini tal-UEIftaħ bħala link estern.

Forsi le – Dan jiddependi fuq it-trattat dwar it-taxxa doppja bejn il-pajjiż ta' residenza normali tiegħek u l-pajjiż li fih sejjer tgħix, tista' tkun meħtieġ tkompli tħallas it-taxxa biss fil-pajjiż li qed iħallaslek il-benefiċċju tal-qgħad. Għal gwida ddettaljata dwar kwistjonijiet ta' taxxa internazzjonali, ħu parir mill-uffiċċju tat-taxxa tiegħek u kkonsulta t-trattat tat-taxxa bilaterali miftiehem bejn iż-żewġ pajjiżi.

Ma teżistix liġi għall-Ewropa kollha dwar il-kwistjonijiet tat-taxxa relatati mal-pensjonijiet bejn il-fruntieri. Jeżistu biss liġijiet domestiċi dwar it-taxxa u ftehimiet dwar it-taxxa. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ikollok tħallas biss it-taxxa fuq l-introjtu fil-pajjiż fejn għandek ir-residenza primarja tiegħek. Xi pajjiżi jistgħu jikkunsidrawk bħala resident taxxabbli, u għalhekk taxxabbli, jekk tgħaddi perjodu ta' 5 xhur hemm kull sena – iżda skont il-ftehim dwar it-taxxa bejn pajjiżek u l-pajjiż ospitanti jista', wara li titqies l-informazzjoni kollha, tiġi trattat bħala resident biss ta' pajjiżek.

Kemm jekk int jew m'intix resident fil-pajjiż ospitanti, jekk tirċievi pensjoni mis-settur pubbliku (jekk ħdimt bħala impjegat taċ-ċivil), normalment għandek tħallas it-taxxa fuq il-pensjoni biss lill-pajjiż li jħallas il-pensjoni.

Din mhix ħlief taqsira tal-aktar regola komuni. Jistgħu jeżistu eċċezzjonijiet għal din ir-regola f'ċerti konvenzjonijiet internazzjonali dwar it-taxxa. Staqsi l-uffiċċju(i) tat-taxxa lokali de en fr .

LE - Il-prinċipju ta' trattament ugwali tal-UE japplika għat-taxxa fuq id-dividendi, l-interessi u l-introjtu minn titoli oħrajn. Il-pajjiż li jitħallsu minnu d-dividendi ma jistax japplika rata tat-taxxa ogħla sempliċement għax id-dividendi qed imorru f'pajjiż barrani – sakemm il-pajjiż ta' residenza tiegħek ma jagħtikx ħelsien mit-taxxa għat-taxxa ogħla biex b'hekk int ma tkunx qed tkun diskriminat.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali
L-aħħar verifika: 14/12/2023
Ikkondividi din il-paġna