Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 07/07/2014

work

It-tassazzjoni doppja

Hemm riskju li d-dħul tiegħek jista' jkun qed jiġi ntaxxat darbtejn jekk żewġ pajjiżi għandhom id-dritt li jintaxxaw id-dħul tiegħek, billi pereżempju:

F'dawn is-sitwazzjonijiet, filwaqt li int tibqa' dejjem soġġett għar-regoli tat-taxxa tal-pajjiż ta' residenza tiegħek, tista' wkoll ikollok tħallas it-taxxi f'pajjiż ieħor.

Fortunatament, madankollu, il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi għandhom ftehimiet dwar it-taxxa doppja Deutsch English français . Dawn il-ftehimiet normalment jevitawlek it-taxxa doppja:

  • skont ħafna ftehimiet bilaterali dwar it-taxxa, l-ammont tat-taxxa li ħallast fil-pajjiż fejn taħdem għandu jitnaqqas mit-taxxa dovuta minnek fil-pajjiż ta' residenza.
  • f'każijiet oħrajn, id-dħul li qlajt fil-pajjiż fejn taħdem jista' jkun taxxabbli biss f'dak il-pajjiż u eżentat mit-taxxa fil-pajjiż ta' residenza tiegħek.

Għandek tinnota li r-rati tat-taxxa fiż-żewġ pajjiżi involuti wisq probabbli se jkunu differenti. Jekk ir-rata tat-taxxa fil-pajjiż fejn taħdem hi ogħla, dik hi r-rata finali li se tħallas - anki jekk it-taxxa mħallsa f’dak il-pajjiż titnaqqas mit-taxxa dovuta fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek, jew jekk il-pajjiż ta’ residenza tiegħek jeżentak minn aktar taxxi.

Sabiex titlob ħelsien mit-tassazzjoni doppja jista' jkun jeħtieġlek tipprova fejn int resident u li int diġà ħallast it-taxxi fuq id-dħul tiegħek. Iċċekkja mal-awtoritajiet tat-taxxa Deutsch English français liema prova u liema dokumenti għandek bżonn tibgħat.

L-informazzjoni f'din il-paġna tiddeskrivi r-regoli l-aktar komuni fit-trattati dwar it-tassazzjoni doppja; jekk jogħġbok iċċekkja d-dettalji tat-trattat individwali dwar it-taxxa rilevanti għas-sitwazzjoni tiegħek li tista' tkun differenti minn dawn ir-regoli.

X’regoli japplikaw jekk int:

Ħaddiem transkonfinali

Jekk tgħix f'pajjiż tal-UE u taħdem f'ieħor, ir-regoli tat-tassazzjoni applikabbli għad-dħul tiegħek jiddependu mil-liġijiet nazzjonali u mill-ftehimiet dwar it-taxxa doppja bejn iż-żewġ pajjiżi - u r-regoli jistgħu jkunu konsiderevolment differenti minn dawk li jiddeterminaw liema pajjiż hu responsabbli għall-kwistjonijiet li jirrigwardjaw is-sigurtà soċjali.

Skont il-ftehim dwar it-taxxa doppja , jista' jkollok tħallas kemm it-taxxi fil-pajjiż tax-xogħol tiegħek kif ukoll fil-pajjiż ta' residenza tiegħek:

Jekk int impjegat, il-pajjiż fejn taħdem, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, se jintaxxak fuq id-dħul li taqla' fit-territorju tiegħu.

Jekk taħdem għal rasek u tirreġistra b'dan il-mod fil-pajjiż li fih tgħix iżda tipprovdi servizzi fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera, ikollok ġeneralment tħallas it-taxxa fuq l-introjtu fil-pajjiż li fih tipprovdi s-servizzi jekk tistabbilixxi "bażi fissa" jew "stabbiliment permanenti" (bħal uffiċċju jew ħanut) fih. Iċċekkja mal-awtoritajiet tat-taxxa liema regoli japplikaw għall-każ tiegħek.

Jekk tgħix f'pajjiż tal-UE iżda taqla' d-dħul kollu jew kważi kollu tiegħek f'ieħor u tħallas it-taxxa fih, il-pajjiż li fih taqla' d-dħul tiegħek għandu jittrattak bl-istess mod kif jittratta resident - jiġifieri, għandu jagħtik l-istess ħelsien u eżenzjonijiet ta' taxxa u kwalunkwe benefiċċji ta' taxxa oħrajn disponibbli għar-residenti, bħall-benefiċċji personali, jew il-possibbiltà li timla dikjarazzjoni tat-taxxa flimkien mal-konġunta tiegħek.

Is-sħubijiet transkonfinali tas-servizzi Ewropej tax-xogħol fir-reġjun tiegħek se jkunu jistgħu jgħinuk issib jekk hemmx xi arranġamenti speċjali tat-taxxa fis-seħħ għall-ħaddiema transkonfinali li jistgħu japplikaw għalik.

Ħaddiema stazzjonati f'pajjiż barrani

Jekk int stazzjonat f'pajjiż barrani għal inkargu ta' ftit żmien (sa sentejn), int se tibqa' soġġett għas-sistema tas-sigurtà soċjali ta' pajjiżek. Madankollu, id-dħul li taqla meta tkun stazzjonat f'pajjiż barrani jista' jiġi ntaxxat fil-pajjiż ospitanti.

Meta stazzjonat f'pajjiż barrani mill-kumpanija tiegħek, jista' ma jkollox tħallas it-taxxa fil-pajjiż li fih taħdem fuq id-dħul li taqla' matul iż-żmien li tkun stazzjonat jekk:

Tgħix fil-pajjiż barrani anqas minn sitt xhur f'sena u

Is-salarju tiegħek jitħallaslek direttament minn min iħaddmek (f'pajjiżek), aktar milli minn fergħa jew kumpanija oħra li min iħaddmek għandu fil-pajjiż fejn taħdem.

Direttur jew membru ta' bord ta’ kumpanija

Jekk int tgħix f'pajjiż u int membru ta' bord maniġerjali ta' kumpanija f'ieħor, il-pajjiż li fih tinsab il-kumpanija jista' jintaxxa d-drittijiet ta' ħlas u dħul relati ma' dan ir-rwol.

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jittrattaw bħala parti mid-drittijiet ta' ħlas tiegħek kwalunkwe benefiċċju in natura (pereżempju opzjoni fuq l-ishma jew karozza tal-kumpanija) li tingħata bħala membru tal-bord. 

Jekk, flimkien mar-rwol tiegħek bħala membru tal-bord, taħdem għall-istess kumpanija bħala konsulent, konsulent jew impjegat ordinarju, id-dħul tiegħek minn dawn il-funzjonijiet se jkunu aktarx soġġetti għall-istess trattament tat-taxxa bħal dak applikat għal ħaddiema transkonfinali oħrajn (ara hawn fuq).

Impjegat li jaħdem f'pajjiż tal-UE għal kumpanija bbażata f'pajjiż ieħor

Jekk tgħix f'pajjiż tal-UE u taħdem f'ieħor għal kumpanija bbażata f'pajjiż ieħor tal-UE normalment, skont il-biċċa l-kbira tat-trattati, se tkun biss soġġett għat-taxxa fil-pajjiż ta' residenza tiegħek.

Artist jew sportiv ambulanti

Id-dħul li jiddaħħal minn pajjiż ieħor tal-UE bħala entertainer (mużiċist, teatru, film, radju jew artist tat-televixin) jew bħala sportiv jistgħu jiġu ntaxxati fih. Dan jista' jkun minnu anki jekk titħallas b'mod indirett permezz ta' kumpanija.

It-tul ta' żmien li ddum toqgħod fil-pajjiż barrani, irrispettivament jekk għandekx bażi fissa fih jew le u l-ammont li qlajt ta' spiss ma jitqisux: l-element deċiżiv hu l-prestazzjoni fil-pajjiż.

Madankollu, jekk il-prestazzjoni jew l-avveniment hu tal-anqas parzjalment iffinanzjati minn fondi pubbliċi jew jekk ir-remunerazzjoni hi insinifikanti, xi pajjiżi ma jintaxxawx id-dħul tiegħek - li xorta waħda se jkun soġġett għar-regoli tat-taxxa f'pajjiżek.

Pajjiżek spiss se jagħtik ħelsien ta' taxxa għal taxxa li titħallas f'pajjiż barrani fuq flus li jinqalgħu minn prestazzjonijiet jew avvenimenti. Biex tibbenefika minn ħelsien ta' taxxa ta' din ix-xorta, se jkollok probabbilment turi xi dokumenti li jipprovaw it-taxxa li tħallset fuq id-dħul li qlajt f'pajjiż barrani.

Impjegat taċ-ċivil f'pajjiż barrani

Jekk int stazzjonat biex taħdem f'pajjiż barrani bħala impjegat taċ-ċivil, jew jekk tgħix f'wieħed mill-pajjiżi tal-UE iżda taħdem bħala impjegat taċ-ċivil f'ieħor, japplikaw normalment dawn il-kundizzjonijiet:

  • se tkompli tħallas biss it-taxxa fuq id-dħul mill-impjieg taċ-ċivil tiegħek fil-pajjiż tal-amministrazzjoni li timpjegak
  • se tħallas it-taxxa fuq l-introjtu fil-pajjiż li fih taħdem jekk int resident fih u
    • int ċittadin ta' dak il-pajjiż jew
    • ma mortx fih sempliċement bl-iskop ta' xogħol bħala impjegat taċ-ċivil (pereżempju int kont diġà qed tgħix fih qabel ma kont reklutat maċ-ċivil). 

Persuna bla xogħol tfittex impjieg f'pajjiż barrani

Jekk tqatta' perjodu ta' żmien qasir (anqas minn sitt xhur f'sena) f'pajjiż ieħor tal-UE mingħajr ma tkun qed taħdem hemm, x'aktarx li m'intix se titqies bħala resident għal skopijiet ta' taxxa f'dak il-pajjiż. F'dak il-każ, kull benefiċċju tal-qgħad trasferit għandu jiġi ntaxxat biss fil-pajjiż li jħallsu.

Jekk tgħaddi aktar minn 6 xhur f'sena f'pajjiż ieħor tal-UE, tista' titqies bħala resident taxxabbli ta' dak il-pajjiż u benefiċċji tal-qgħad li jiġu trasferiti minn pajjiż ieħor jistgħu jiġu ntaxxati hemm. Tassew, skont bosta ftehimiet bilaterali dwar it-taxxa, il-benefiċċji tal-qgħad huma soġġetti għat-taxxa biss fil-pajjiż ta' residenza taxxabbli.

Madankollu, jekk iżżomm dar permanenti u rabtiet personali u ekonomiċi intensivi ma' pajjiżek, tista' tibqa' titqies bħala resident taxxabbli ta' pajjiżek, anki jekk tibqa' tgħix f'pajjiż barrani aktar minn 8 xhur. F'dak il-każ, il-pajjiż l-ieħor tal-UE jista' ma jkunx intitolat li jintaxxalek il-benefiċċji tal-qgħad.

Persuna rtirata f'pajjiż barrani

Jekk int tkun irtirajt għal pajjiż ieħor tal-UE u tgħaddi aktar minn sitt xhur f'sena hemm, dak il-pajjiż jista' jqisek bħala resident taxxabbli. Jekk dan ikun il-każ, jista' jkollok tħallas it-taxxa lil dak il-pajjiż fuq id-dħul tiegħek mid-dinja kollha - inklużi pensjonijiet li tirċievi minn pajjiżi tal-UE oħrajn.

Eċċezzjoni: il-pensjonijiet tas-settur pubbliku normalment huma ntaxxati biss fil-pajjiż tal-amministrazzjoni li impjegatek.

Sorsi li jeħtieġlek tiċċekkja

Din hi biss taqsira ta' x'jiġri s-soltu. Biex tiskopri liema regoli jgħoddu għalik:

  • staqsi uffiċċju lokali tat-taxxa Deutsch English français
  • iċċekkja l- ftehim dwar it-taxxa doppja Deutsch English français bejn il-pajjiż ospitanti u l-pajjiż li fih int resident taxxabbli
  • jekk int impjegat taċ-ċivil li qed taħdem f'pajjiż barrani, iċċekkja l-liġi internazzjonali applikabbli u kull ftehim diplomatiku/konsulari internazzjonali speċjali - biex issir taf jekk, bħala impjegat taċ-ċivil, għandekx dritt għal xi privileġġi ta' taxxa fil-pajjiż li taħdem fih.
Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE / Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika