Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 25/04/2017

Mistoqsijiet frekwenti - It-tassazzjoni doppja

  • IVA. L-Istati Membri huma liberi li japplikaw ir-regoli tat-taxxa u jitolbu dikjarazzjonijiet tat-taxxa kif jagħżlu — sakemm dawn ma japplikawx dawn il-proċeduri b'mod diskriminatorju. Mhux normali, iżda ġieli ġrat, li pajjiżi jitolbu liċ-ċittadini tagħhom li mhumiex residenti li jiddikjaraw l-introjtu tagħhom.

    Barra minn hekk, il-fatt li tgħix u taħdem f'pajjiż wieħed mhux neċessarjament tfisser li inti residenti hemmhekk skont it-termini tat-trattat tat-taxxa bejn dak il-pajjiż u pajjiżek/il-pajjiż taċ-ċittadinanza.

    Normalment, jekk tgħix u taħdem f'pajjiż li mhux pajjiżek għal aktar minn 6 xhur f'sena probabbilment int se tkun resident taxxabbli hemmhekk u dak il-pajjiż se jkun jista' jintaxxa l-introjtu totali tiegħek - jiġifieri kemm is-salarju li taqla' f'dak il-pajjiż kif ukoll introjtu li taqla' xi mkien ieħor (kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE). Madankollu, jekk għandek rabtiet qawwija tal-familja u ekonomiċi ma' pajjiżek, tista' xorta waħda titqies bħala resident taxxabbli hemmhekk- anki jekk tqatta' inqas minn 6 xhur f'dak il-pajjiż.

    Jekk tqatta' inqas minn 6 xhur f'sena f'pajjiż li mhux pajjiżek, normalment se tibqa' resident taxxabbli f'pajjiżek. F'dak il-każ, aktarx li tkun suġġett għat-taxxa fil-pajjiż l-ieħor biss fuq is-salarju tiegħek u dħul ieħor li jirriżulta f'dak il-pajjiż u tkun suġġett għat-taxxa fuq l-introjtu tiegħek mid-dinja kollha f'pajjiżek.

    Ikkuntattja lill-awtoritajiet tat-taxxa Pollakki biex jiċċekkjaw liema regoli japplikaw għalik. Fi kwalunkwe każ, jekk tkun iċċaqqlaqt minn pajjiż għall-ieħor dejjem nagħtuk il-parir li tinnotifika lill-awtoritajiet tat-taxxa biex jiġu evitati l-problemi aktar tard.

  • Jekk min impjegak huwa residenti fl-Awstrija, normalment ikollok tħallas it-taxxa fl-Awstrija fuq l-introjtu li taqla' waqt li qed taħdem hemm irrispettivament minn kemm żmien tkun se toqgħod hemm.

    Jekk tgħix fl-Awstrija għal anqas minn 6 xhur, aktarx li tkun trid iżżomm ir-residenza taxxabbli fir-Renju Unit u għalhekk ikunu wkoll soġġetti għat-taxxa fuq id-dħul għas-sena tiegħek hemm madwar id-dinja, inkluż l-introjtu tiegħek mill-Awstrija. Madankollu, f'każ bħal dan, probabbilment tkun tista' taqta' t-taxxa li ħallast fl-Awstrija mit-taxxa tiegħek tar-Renju Unit.

    Biex tkun ċert, għandek tiċċekkja l-konvenzjoni bilaterali bejn ir-Renju Unit u l-Awstrija dwar it-taxxa.

  • Dan jiddependi fuq it-termini tal-ftehim bilaterali dwar it-taxxa bejn il-Finlandja u l-Italja u n-natura preċiża tal-introjtu tiegħek.

    Skont l-istandard tal-ftehim dwar it-tassazzjoni doppja, il-pensjonijiet tas-settur privat ikunu ntaxxati biss fil-pajjiż ta' residenza tiegħek — f'dan il-każ, l-Italja. Introjtu minn investimenti fl-għamla ta' dividendi jista' jkun taxxabbli kemm fil-Finlandja kif ukoll fl-Italja, imma f'dak il-każ l-Italja normalment tippermetti l-ħelsien mit-taxxa Taljana peress li tkun tħallset it-taxxa fil-Finlandja.

  • Jiddependi mill-pajjiżi individwali li jiffirmaw ftehimiet li jipprojbixxu t-tassazzjoni doppja. Jekk dan ma jagħmluhx, il-liġi tal-UE ma tistax tisforzahom. U kull pajjiż li miegħu għandek konnessjoni jista' legalment jeħtieġlek tkompli timla d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa. Madankollu, meta tiddikjara l-istess dħul ta' flus f'2 pajjiżi tal-UE dan ma jfissirx neċessarjament li jkollok tħallas taxxa doppja. U anki jekk ikollok tħallas taxxa doppja jista' jkun li tkun tista' titlob lura t-taxxa f'wieħed mill-pajjiżi.

    Għal aktar informazzjoni ikkonsulta l-konvenzjoni tat-taxxa konkluża bejn Spanja u l-Isvezja.

  • Sfortunatament, it-trattat dwar l-evitar tat-tassazzjoni doppja bejn id-Danimarka u Franza m'għadux applikabbli. Dawk li jħallsu t-taxxi, bħall-pensjonanti, li jaqilgħu l-introjtu tagħhom mid-Danimarka iżda huma residenti fi Franza, issa huma soġġetti għat-taxxi fuq l-introjtu Daniż tagħhom fiż-żewġ pajjiżi.

    Madankollu, għandek mnejn tgawdi minn xi tnaqqis mit-tassazzjoni doppja skont il-liġijiet nazzjonali: iċċekkja mal-awtoritajiet Franċiżi biex tara jekk tistax tnaqqas xi taxxi mħallsa d-Danimarka mit-taxxa Franċiża tiegħek.

    Il-pajjiżi tal-UE mhumiex obbligati jikkonkludu trattati dwar it-tassazzjoni doppja li jeliminaw it-tassazzjoni doppja, u r-regoli tal-UE ma jistgħux jisfurzawhom jagħmlu dan. Iżda hemm sforzi għaddejjin biex nippruvaw innaqqsu x-xkiel tat-taxxi għall-moviment liberu taċ-ċittadini mal-fruntieri kollha, inkluża li jkunu soġġetti għat- tassazzjoni doppja.

  • IVA - Normalment l-informazzjoni għal pensjonanti li jgħixu f'pajjiżi barranin hija disponibbli permezz ta' servizzi ddedikati fl-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali, xi kultant f'diversi lingwi. Sib aktar bl-Ingliż dwar it- tassazzjoni Ġermaniża ta' pensjonanti li jgħixu barra pajjiżhom. Barra minn hekk, il-websajts tal- uffiċċji konsulari u tal- iskemi tal-assigurazzjoni tal-pensjoni ġeneralment jipprovdu informazzjoni bl-Ingliż għall-pensjonanti li jgħixu barra pajjiżhom.

  • IVA - il-pajjiżi tal-UE huma ħielsa li japplikaw kwalunkwe regoli tat-taxxa li jagħżlu sakemm dawn ma jiksrux il-liġijiet tal-UE pereżempju billi jiddiskriminaw kontra persuni li mhumiex ċittadini. It-taxxi mill-Kunsilli lokali huma taxxi bbażati fuq il-kiri tad-djar u huma applikati għal kulħadd; jekk int krejt appartament, anke għal żmien qasir, jista' jkollok tħallasha.

    Madankollu, jista' jkun li l-kunsilli lokali kollha jew uħud minnhom joffru rati mnaqqsa jew eżenzjonijiet minn taxxi lokali — pereżempju jekk ir-residenza primarja tiegħek hija xi mkien ieħor. Ikollok tikkuntattja lill-Kunsill Lokali in kwistjoni biex tara jekk intix eliġibbli għal ħelsien minn din it-tip ta' taxxa.

Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri