Mogħdija tan-navigazzjoni
Jiddependi mill-pajjiżi individwali li jiffirmaw ftehimiet li jipprojbixxu t-tassazzjoni doppja. Jekk dan ma jagħmluhx, il-liġi tal-UE ma tistax tisforzahom. U kull pajjiż li miegħu għandek konnessjoni jista' legalment jeħtieġlek tkompli timla d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa. Madankollu, meta tiddikjara l-istess dħul ta' flus f'2 pajjiżi tal-UE dan ma jfissirx neċessarjament li jkollok tħallas taxxa doppja. U anki jekk ikollok tħallas taxxa doppja tkun tista' titlob lura t-taxxa f'wieħed mill-pajjiżi.
Skont it-trattat dwar it-taxxa doppja bejn Spanja u l-Isvezja, int tista' tkun eżentat mit-taxxa Spanjola fuq il-pensjoni Svediża tiegħek jew, b'mod alternattiv, it-taxxa mħallsa fl-Isvezja tista' titqies bħala kreditu kontra t-taxxa Spanjola dovuta għal dik il-pensjoni. Għal aktar informazzjoni jeħtieġlek tikkonsulta l-konvenzjoni tat-taxxa konkluża bejn Spanja u l-Isvezja.
Ta' min isemmi hawn żewġ kwistjonijiet:
It-taxxi fuq il-proprjetà jvarjaw ħafna bejn il-pajjiżi tal-UE. Nagħtuk il-parir li tfittex informazzjoni dwar dan qabel ma tixtri proprjetà immobbli barra pajjiżek.
Għandek titkixxef ukoll dwar it-taxxa tas-suċċessjoni, billi l-liġijiet f'dan il-qasam ivarjaw ħafna fl-Ewropa u jeżisti riskju kbir li tkun intaxxat minn żewġ pajjiżi differenti mingħajr rimedju għal din it-taxxa doppja.
Staqsi lill-uffiċċju tat-taxxa tal-pajjiż li fih biħsiebek tixtri l-proprjetà.
Dan jiddependi fuq it-termini tal-ftehim bilaterali dwar it-taxxa bejn il-Finlandja u l-Italja. Skont il-biċċa l-kbira tal-ftehimiet bilaterali dwar it-taxxa doppja, id-dħul ta' flus tiegħek mid-dinja kollha, inkluż dħul ta' flus minn investimenti tal-pensjoni, jiġi intaxxat fil-pajjiż ta' residenza tiegħek – li fil-każ tiegħek jidher li hu l-Italja – iżda bi kreditu għal kull taxxa mħallsa fil-pajjiż ta' oriġini ta' dawk l-investimenti (il-Finlandja fis-sitwazzjoni li int iddeskrivejt).
Ma teżistix liġi għall-Ewropa kollha dwar il-kwistjonijiet tat-taxxa relatati mal-pensjonijiet bejn il-fruntieri. Jeżistu biss liġijiet domestiċi dwar it-taxxa u ftehimiet dwar it-taxxa. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, kulma jkollok tagħmel hu li tħallas it-taxxa fil-pajjiż li r-residenza primarja tiegħek tinsab fih.
Jekk tirċievi pensjoni mis-settur pubbliku (jekk taħdem bħala uffiċjali fiċ-ċivil), int normalment ikollok tkompli tħallas it-taxxi fuq il-pensjoni (biss) lill-pajjiż li jħallas il-pensjoni, irrispettivament mill-post li fih għandek ir-residenza.
Din mhix ħlief taqsira tal-aktar regola komuni. Jistgħu jeżistu eċċezzjonijiet għal din ir-regola f'ċerti konvenzjonijiet internazzjonali dwar it-taxxa. Staqsi lill-uffiċċju(i) tat-taxxa lokali.
LE — Ikun liema jkun il-pajjiż li qed joħodlok it-taxxa, dan għandu joħodlok bl-istess rata bħal dik tad-dividendi domestiċi. Il-prinċipju tat-trattament ugwali tal-UE japplika għat-taxxa fuq dividendi, interessi u dħul ta' flus minn sigurtajiet, u dan japplika kemm fil-pajjiż fejn tgħix kif ukoll fil-pajjiż minn fejn ġie d-dħul.
IVA — Billi int resident fl-Isvezja, int probabbilment tassew taqa' taħt it-taxxa Svediża fuq dawn il-flus imfaddlin. Barra minn hekk, il-bank Franċiż jista' jkun żammlek it-taxxa skont ir-regoli Franċiżi. Madankollu, il-ftehim dwar it-taxxa doppja bejn Franza u l-Isvezja probabbilment ifisser li Franza għandha tagħti lura parzjalment jew b'mod sħiħ it-taxxa miżmuma li l-bank ikun żamm. Jekk jogħġbok ikkuntattja l-uffiċċju tat-taxxa lokali tiegħek fl-Isvezja biex tiċċekkja dwar il-livell ta' taxxa miżmuma li Franza tista' tapplika u dwar il-proċedura biex tingħata lura kull taxxa miżmuma aktar milli suppost minn Franza.
Dan jiddependi fuq il-liġijiet nazzjonali bejn iż-żewġ pajjiżi u fuq kull arranġament dwar it-taxxa bejnhom li jipprojbixxi t-taxxa doppja tal-proprjetà u tal-wirt. Hu possibbli li jkollok tħallas it-taxxa fiż-żewġ pajjjiżi iżda t-trattat dwar it-taxxa rilevanti jista' jgħid li r-Renju Unit ikollu jagħti kreditu għat-taxxa tas-suċċessjoni mħallsa fi Franza kontra t-taxxa dovuta fir-Renju Unit. Jeħtieġlek tikkuntattja lill-awtoritajiet Franċiżi u Brittaniċi biex tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tiegħek.