Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 20/06/2014

work

Il-pensjonijiet supplimentari barra pajjiżek

Il-pensjonijiet supplimentari huma skemi tal-pensjoni tal-irtirar, tas-superstiti jew tal-invalidità intiżi biex jissupplimentaw jew jieħdu post il-pensjonijiet tal-istat.

Qabel ma tiffirma kuntratt għal skema ta' pensjoni supplimentari, iċċekkja kif se jiġu affettwati d-drittijiet tal-pensjoni tiegħek jekk tiċċaqlaq/tgħix barra minn pajjiżek. Jekk ikun hemm effetti negattivi, dawn huma illegali.

Jekk tabbanduna skema ta' pensjoni supplimentari għax tiċċaqlaq f'pajjiż ieħor tal-UE biex taħdem, ikollok l-istess drittijiet bħall-persuni li jibqgħu fl-istess pajjiż iżda li jieqfu jħallsu l-kontribuzzjonijiet — pereżempju għax jibdlu x-xogħol tagħhom.

Eżempju

Fred ħadem 8 snin fil-pajjiż A għal kumpanija li kellha pakkett ta' pensjoni supplimentari ġeneruż.

Sab xogħol f'pajjiż ieħor u beda jaħdem għal kumpanija li offriet ukoll pakket ta' pensjoni supplimentari ġeneruż.

Fred abbanduna l-iskema supplimentari fil-pajjiż A iżda l-assiguratur tiegħu qallu li d-drittijiet li kiseb kienu se jintilfu jekk jiċċaqlaq f'pajjiż ieħor.

Fred ikkuntattja lil ċentru Ewropew tal-konsumatur u kiseb għajnuna legali. Wara kollox, l-assiguratur preċedenti tiegħu qabel li jippreserva l-kontribuzzjonijiet tiegħu fil-pajjiż A.

Il-kumpaniji tal-pensjoni xi kultant jippenalizzaw lill-persuni li jmorru f'pajjiż ieħor, billi jirrifjutaw li jħallsu l-pensjoni, jitolbu għal spejjeż addizzjonali jew billi jitolbuhom iħallsu lura l-interessi li jkunu qalgħu matul il-perjodu meta ġemmgħu.

Dan hu illegali — jekk jiġrilek hekk, tista' ċċempel liċ-ċentri Ewropej tal-konsumatur čeština dansk Deutsch English français italiano Nederlands polski română svenska .

Eżempju

Anna ħadmet 4 snin għall-istess kumpanija fil-pajjiż A qabel ma ċċaqlqet fil-pajjiż B fejn baqgħet tgħix għal dejjem.

Meta rtirat, applikat għall-pensjoni supplimentari tagħha mill-pajjiż A, iżda l-assiguratur irrifjuta, bl-argument li l-ħlas jingħata biss lil dawk li jibqgħu fl-iskema għal iktar minn ħames snin.

Anna ħassitha diskriminata talli marret taħdem barra, u fittxet lill-assiguratur tagħha bil-qorti. Iżda tilfet il-każ għax ir-rekwiżit ta' ħames snin kien japplika għall-membri kollha ta' din l-iskema, kemm jekk biddlu l-pajjiż tal-impjieg tagħhom u kemm jekk le.

Jekk tmur tgħix barra, il-pajjiż ta' residenza preċedenti tiegħek jista' jitolbok tħallas lura kwalunkwe rifużjonijiet tat-taxxa li ksibt meta kont qed iġġemma' għall-pensjoni supplimentari hemmhekk.

Dan hu illegali — il-pensjoni supplimentari tiegħek għandha tibbenefika mill-istess trattament tat-taxxa bħall-pensjonijiet supplimentari mħallsa lir-residenti ta' dak il-pajjiż.

Jekk tħoss li qed tkun diskriminat, tista' titlob għall-għajnuna hawnhekk.

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?