Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 10/11/2014

work

Il-pensjonijiet tal-istat barra mill-pajjiż

L-applikazzjoni għall-pensjoni

Pensjonijiet tax-xjuħija

Għand min tapplika

Jekk ħdimt f'pajjiżi differenti tal-UE, jista' jagħti l-każ li akkumulajt drittijiet għall-pensjoni minn kull pajjiż.

Ikollok tapplika mal-awtorità tal-pensjoni fil-pajjiż fejn tinsab tgħix jew fejn ħdimt l-aħħar. Jekk għadek qatt ma ħdimt fil-pajjiż fejn int qed tgħix, il-pajjiż ospitanti jibgħat it-talba tiegħek lil dak li fih ħdimt l-aħħar.

Dak il-pajjiż imbagħad ikun responsabbli għall-ipproċessar tat-talba tiegħek u jiġbor ir-rekords flimkien tal-kontribuzzjonijiet tiegħek mill-pajjiżi kollha fejn ħdimt.

F'ċerti pajjiżi, l-awtorità tal-pensjoni għandha tibgħatlek il-formola ta' applikazzjoni tiegħek tal-pensjoni qabel ma tilħaq l-età tal-pensjoni ta' dak il-pajjiż. Jekk ma tirċivihiex, ikkuntattja lill-awtorità tal-pensjoni tiegħek sabiex tara jekk dawn jibagħtuhilekx awtomatikament.

Għandek titlob informazzjoni biex takkwista l-pensjoni tiegħek tal-anqas 6 xhur qabel ma tirtira għax biex tingħata pensjoni minn diversi pajjiżi tista' tkun proċedura fit-tul.

Dokumenti li jkollok bżonn

Dawn ivarjaw minn pajjiż għal ieħor, iżda normalment ikollok tipprovdi d-dettalji tal-bank u xi forma ta' identifikazzjoni.

Għal dettalji iktar preċiżi, ikkuntattja lill-awtorità tal-pensjoni li se tieħu ħsieb it-talba tiegħek.

Differenzi fl-etajiet ta' rtirar

F'xi pajjiżi tal-UE jkollok tistenna iktar biex tibda tirċievi l-pensjoni minn pajjiżi oħrajn.

Tista' tirċievi biss il-pensjoni tiegħek mill-pajjiż fejn tgħix issa (jew li fih ħdimt l-aħħar) hekk kif tasal fl-età ta' rtirar legali f'dak il-pajjiż. Jekk akkumulajt drittijiet tal-pensjoni minn pajjiżi oħrajn, tirċievi biss dawk il-partijiet tal-pensjoni hekk kif tilħaq l-età ta' rtirar legali f'dawk il-pajjiżi l-oħra.

Għaldaqstant hu importanti li tkun taf minn qabel, mill-pajjiżi kollha fejn ħdimt, xi tkun is-sitwazzjoni tiegħek jekk tibdel id-data meta taqbad tirċievi l-pensjoni.

Jekk tieħu pensjoni waħda qabel oħra, jista' jkun li l-ammonti li tirċievi jiġu affettwati.

Tista' tikseb aktar pariri mill-awtorità rilevanti fil-pajjiż fejn tgħix u/jew fil-pajjiżi fejn ħdimt.

Storja bħala eżempju

Oqgħod attent mill-etajiet differenti ta' rtirar f'pajjiżi oħrajn

Caroline minn Franza ħadmet id-Danimarka għal 15-il sena, imbagħad marret lura Franza lejn it-tmiem tal-karriera tagħha. Meta għalqet 60 sena, applikat għall-pensjoni, kif inhu normali fi Franza, iżda kisbet pensjoni baxxa ħafna.

Ta' 60 sena, Caroline hi intitolata biss għall-parti Franċiża tal-pensjoni tagħha. Tibda tirċievi l-parti Daniża biss meta tagħlaq 67 sena — l-età ta' rtirar legali fid-Danimarka għall-grupp ta' età ta' Caroline.

Perjodi ta' eliġibbiltà

F'xi wħud mill-pajjiżi tal-UE, trid tkun tal-anqas ħdimt perjodu minimu ta' żmien biex ikollok dritt għal pensjoni.

F'każijiet bħal dawn, l-awtorità tal-pensjoni jeħtiġilha tikkunsidra l-perjodi kollha li ħdimt fihom f'pajjiżi oħrajn tal-UE, bħallikieku kont qed taħdem f'dak il-pajjiż iż-żmien kollu, biex jiġi vvalutat jekk għandekx dritt għal pensjoni (il-prinċipju ta' aggregazzjoni tal-perjodi).

Jekk ma tagħmilx dan, ikkuntattja s-servizzi tal-assistenza English tagħna biex jgħinuk.

Storja bħala eżempju

Tom ħadem għal 4 snin fil-Ġermanja u għal 32 sena fil-Portugall.

Fil-Ġermanja, għandek tkun ħdimt għal tal-anqas 5 snin biex ikollok dritt għal pensjoni. Tom normalment ma jikkwalifikax għall-iskema nazzjonali tal-pensjoni fil-Ġermanja peress li kien ħadem hemm għal 4 snin biss.

Madankollu, l-awtorità tal-pensjoni Ġermaniza kellha tqis is-snin li Tom ħadem fil-Portugall. Hi rrikonoxxiet id-dritt tiegħu u qed tħallsu pensjoni għall-4 snin li ħadem fil-Ġermanja.   

Perjodi ta’ assigurazzjoni ta’ inqas minn sena

Jekk kont kopert għal inqas minn sena f'pajjiż wieħed, tapplika regola speċjali, peress li xi pajjiżi tal-UE ma jipprovdux pensjoni għal perjodi qosra: ix-xhur ta' assigurazzjoni jew ta' residenza fil-pajjiż li fih ħdimt għal żmien qasir mhux se jintilef iżda se jitqies fil-kalkolu tal-pensjoni tiegħek mill-pajjiżi fejn ħdimt l-aktar.

Jekk ikollok problema biex tikseb il-ħlas ta' pensjoni għal perjodi ta' xogħol ta' inqas minn sena, tista' tikkuntattja lis-servizzi ta' assistenza English tagħna għall-għajnuna. 

Kif tinħadem il-pensjoni tiegħek

L-awtoritajiet tal-pensjoni f'kull pajjiż tal-UE li ħdimt fih se tanalizza l-kontribuzzjonijiet li ħallast fis-sistema tagħhom, kemm ħallast f'pajjiżi oħrajn, u għal kemm ħdimt f'pajjiżi differenti.

Ir-rata ta’ ekwivalenza tal-UE

Kull awtorità tal-pensjoni se tikkalkola l-parti tal-pensjoni li għandha tħallas billi tqis il-perjodi kompluti fil-pajjiżi kollha tal-UE.

Biex tagħmel dan, hi se tgħodd flimkien il-perjodi li għamilt fil-pajjiżi kollha tal-UE u tikkalkula kemm se tingħata pensjoni li kieku kkontribwixxejt fl-iskema tagħha matul iż-żmien kollu (imsejjaħ l-ammont teoretiku).

Dan l-ammont imbagħad jiġi aġġustat biex jirrifletti l-ħin fattwali li fih kont kopert f'dak il-pajjiż (imsejjaħ il-benefiċċju prorata).

Ir-rata nazzjonali

Jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dritt ta' pensjoni nazzjonali irrispettivament minn kwalunkwe perjodu komplut f'pajjiżi oħrajn, l-awtorità tal-pensjoni se tikkonkludi wkoll il-pensjoni nazzjonali (magħruf bħala l-benefiċċju indipendenti).

Riżultat

L-awtorità nazzjonali mbagħad se tqabbel il-benefiċċju prorata u l-benefiċċju indipendenti; se tirċievi l-ogħla waħda mill-pajjiż tal-UE.

Id-deċiżjoni ta' kull pajjiż fuq it-talba tiegħek tiġi spjegata f'nota speċjali, il-formola P1, li tirċievi. 

Storja bħala eżempju

Rosa ħadmet 20 sena fi Franza u 10 snin fi Spanja.

Iż-żewġ pajjiżi japplikaw perjodu minimu ta’ 15-il snin ta’ xogħol sabiex jingħata d-dritt għal pensjoni. Kull pajjiż se jikkalkula il-pensjoni ta’ Rosa:

L-awtorità Franċiża se tagħmel kalkolu doppju:

  • Se tikkalkula l-pensjoni nazzjonali ta' Rosa għall-20 sena li ħadmet fi Franza - ejjew ngħidu 800 euro
  • Hi se tikkalkula wkoll ammont teoretiku, il-pensjoni li Rosa kienet se tingħata li kieku hi ħadmet it-30 sena sħaħ fi Franza - ejjew ngħidu 1,500 euro. Imbagħad, hi se tiddetermina l-pensjoni prorata, li hi l-parti tal-ammont li għandha titħallas għas-snin li ħadmet fi Franza: 1,500x20 sena fi Franza/30 sena total ta' = 1,000 euro.  

Rosa għandha dritt għall-ogħla ammont - 1,000 euro fix-xahar.

L-awtorità Spanjola mhix se tikkalkula l-pensjoni nazzjonali għax Rosa ħadmet fi Spanja anqas mill-perjodu minimu rikjest. Tikkalkula biss ir-rata ekwivalenti tal-UE - billi tibda mill-ammont teoretiku, il-pensjoni li Rosa setgħet ingħatat li kieku ħadmet it-30 sena kollha fi Spanja - ejjew ngħidu 1,200 euro.

Imbagħad, hi se tiddetermina l-pensjoni prorata, - il-parti tal-ammont li għandha titħallas għas-snin li ħadmet fi Spanja: 1,200x10 snin fi Spanja/30 sena total ta' = 400 euro.

Fl-aħħar, Rosa se jirċievi pensjoni ta’ 1,400 euro.

Il-ħlas tal-pensjoni tiegħek

Kull pajjiż li jagħtik pensjoni ġeneralment iħallas l-ammont korrispondenti f'kont tal-bank fil-pajjiż ta' residenza tiegħek - jekk tgħix fi ħdan l-UE.

Jekk ma tgħix fl-UE, jista' jagħti l-każ li jkollok tiftaħ kont tal-bank f'kull pajjiż li jħallsek pensjoni.

Pensjonijiet ta' invalidità / tas-superstiti

Ir-regoli msemmija hawn fuq japplikaw ukoll għall-kalkolu tal-pensjonijiet għall-invalidità u tas-superstiti. Importanti li tkun taf li:

  • Jekk titlob pensjoni ta' invalidità jew benefiċċju għal inkapaċità, kull pajjiż fejn ħdimt jista' jinsisti li jeżaminak separatament — u kull pajjiż jista' jieħu deċiżjoni differenti. Pajjiż wieħed jista' jevalwak li int serjament inkapaċitat, filwaqt li pajjiż ieħor jaf ma jikkunsidrax li int inkapaċitat.
  • Xi pajjiżi tal-UE ma jagħtux pensjonijiet tas-superstiti. Jekk ir-raġel jew mara tiegħek j/taħdem barra u qed toqgħod fuq il-possibbiltà ta' pensjoni tas-superstiti, ara li dan il-benefiċċju jeżisti f'dak il-pajjiż.
Għajnuna u pariri

Footnote

F'dan il-każ, 28 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, 28 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, 28 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, 28 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, 28 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, 28 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, 28 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, 27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.