Mistoqsijiet frekwenti - Il-pensjonijiet tal-istat barra mill-pajjiż

IVA — Ir-regoli ta' koordinazzjoni tal-UE jiżguraw li ma jintilfux il-kontribuzzjonijiet imħallsin fil-pajjiżi qabel is-sħubija tagħhom fl-UE.

Jekk ħdimt f'diversi pajjiżi tal-UE, jista' jkun li akkumulajt drittijiet għal pensjoni f'kull pajjiż.

Meta jasal il-waqt li tagħmel talba għal pensjoni tiegħek, normalment int għandek tapplika fil-pajjiż li fih qed tgħix jew fil-pajjiż fejn ħdimt l-aħħar. Dak il-pajjiż imbagħad ikun responsabbli għall-ipproċessar tat-talba tiegħek u jiġbor ir-rekords flimkien tal-kontribuzzjonijiet tiegħek għal pensjoni mill-pajjiżi kollha li tkun għext fihom.

Jekk qatt ma ħdimt fil-pajjiż fejn qed tgħix bħalissa, għandek tapplika għand l-awtorità rilevanti fl-aħħar pajjiż li ħdimt fih. L-applikazzjoni tiegħek tiġi pproċessata hemmhekk.

Tista' tkun intitolat għall- pensjoni tal-anzjanità tiegħek f'pajjiż wieħed meta tagħlaq 60 sena, iżda jkollok tistenna sa 67 f'pajjiż ieħor. F'dawn iċ-ċirkostanzi, hu importanti li tinforma ruħek minn qabel, mill-pajjiżi kollha li ħdimt fihom, dwar xi tkun is-sitwazzjoni tiegħek jekk tibdel id-data ta' ħlas tal-pensjoni tiegħek.

Jista' jkun hemm effett fuq l-ammonti li titħallas jekk tieħu pensjoni waħda qabel l-oħra. L-awtorità kompetenti fil-pajjiż li tgħix fih u/jew l-awtoritajiet tal-pajjiż li fihom ħdimt jistgħu jagħtuk aktar pariri.

IVA — B'mod ġenerali, ir-regoli dwar il-pensjonijiet tar-romol u tal-iltima huma l-istess bħal dawk tal-invalidità u l-pensjonijiet tax-xjuħ. B'mod partikulari, il-pensjoni li tingħata lil dawk li tħalli warajk għandha titħallas irrispettivament minn fejn jgħix il-konjugu tiegħek fl-UE.

Ta' spiss, se tirċievi pensjoni tal-invalidità separata minn kull pajjiż tal-UE li tkun ħdimt fih.Tista' tagħmel talba biex tingħata pensjoni tal-invalidità fil-pajjiż li tgħix fih jew fil-aħħar pajjiż li kont kopert fih.

L-awtorità li tippreżentalha t-talba tiegħek għandha tgħaddiha lill-awtoritajiet fil-pajjiżi tal-UE kollha li ħdimt fihom. Biex dan jitħaffef, għandek tippreżenta informazzjoni dettaljata dwar l-impjieg u/jew il-kontribuzzjonijiet tiegħek f'dawn il-pajjiżi.

LE — Il-kriterji għall-valutazzjoni tal-invalidità jvarjaw minn pajjiż għal ieħor.

Hemm ftit eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju ġenerali magħmulin bejn il-Belġju, Franza u l-Italja.

Jekk tgħix jew tinsab f'pajjiż wieħed tal-UE iżda l-pensjoni tiegħek titħallas f'pajjiż ieħor, kwalunkwe verifiki amministrattivi u testijiet mediċi meħtieġa normalment isiru mill-awtoritajiet tal-pajjiż fejn qed tgħix jew toqgħod.

Madankollu, tista' tintalab tirritorna fil-pajjiż li jħallas il-pensjoni tiegħek għal xi testijiet, (jekk saħħtek tippermettilek tagħmel dan), b'mod partikulari biex tiċċekkja jekk il-livell tal-invalidità tiegħek inbidilx.

LE — Iżda huma ma jintilfux. Tingħata pensjoni minn kull pajjiż tal-UE li tkun ħdimt jew ikkontribwixxejt fih għal tal-anqas sena meta tilħaq l-età tal-pensjoni ta' dak il-pajjiż.

LE — Ma tingħatax sempliċiment pensjoni li tikkorrispondi mal-ammont totali tas-snin li tkun ħdimt fl-UE. Tingħata pensjoni separata minn kull pajjiż li tkun ħdimt fih tal-anqas sena.

Il-pensjoni tiegħek tinħadem skont ir-rekords tal-kontribuzzjoni tiegħek f'kull pajjiż: l-ammont li tirċievi minn kull wieħed jikkorrispondi għat-tul tal-kopertura tal-assigurazzjoni soċjali tiegħek hemmhekk.

LE — il-perjodi li għamilt f'pajjiżi oħrajn se jitqiesu. Il-perjodi kollha jiġu "aggregati" (jingħaddu flimkien) u l-pensjoni tal-Irlanda tiegħek tiġi kkalkulata abbażi ta' prorata.
L-istess regoli japplikaw f'kull pajjiż ikkonċernat. Jekk kont kopert għal anqas minn sena fl-Irlanda, tista' tapplika regola speċjali, peress li xi pajjiżi ma jipprovdux pensjoni għal perjodi qosra: ix-xhur ta' kontribuzzjoni jew residenza fl-Irlanda ma jintilfux iżda jitqiesu fil-kalkolu tal-pensjoni tiegħek mill-pajjiż jew pajjiżi li ħdimt fih/fihom għal perjodu itwal.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 08/06/2022
Ikkondividi din il-paġna