Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 21/01/2015

work

Rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali

Proċeduri amministrattivi u dokumenti meħtieġa

Il-proċeduri ta' aċċess għal professjoni regolata f' pajjiż ieħor tal-UE jiddependu fuq:

  • Trid tistabilixxi ruħek f'pajjiż u tipprattika l-professjoni tiegħek hekk ( stabbiliment); f’dan il-każ, jeħtieġ li jiġu rikonoxxuti l-kwalifiki tiegħek
  • Tixtieq biss tipprovdi servizzi hemm għal xi żmien: f’dan il-każ, għandek bżonn biss li tagħmel dikjarazzjoni minn qabel bil-miktub. Jekk il-professjoni tiegħek għandha implikazzjonijiet serji ta' saħħa jew sikurezza, madankollu, il-pajjiż li jospitak jista' jagħmel verifika tal-kwalifiki tiegħek minn qabel.

Biex titgħallem aktar dwar ir-regoli li japplikaw għall-każ tiegħek, ikkuntattja l-awtorità nazzjonali responsabbli għall-aċċess tal-professjoni tiegħek fil-pajjiż li qed jospitak.

Ara l- bażi ta' dejta dwar il-professjonijiet regolati English għax din tista' tgħidlek liema professjonijiet huma regolati f'liema pajjiżi tal-UE English u minn liema awtoritajiet.

Inti meħtieġ tkun taf l-isem tal-impjieg fil-lingwa tal-lokal: jekk trid tahdem bhala furnar fil-Ġermanja, fittex għal "Bäcker” fil-bażi tad-dejta.

Jekk il-professjoni tiegħek hija regolata f’pajjiżek, tista’ wkoll tibda billi tfittex bil-lingwa tiegħek biex issib it-traduzzjoni Ingliża pprovduta fid-deskrizzjoni; Imbagħad fittex fuq l-isem bl-Ingliż, biex issib il-pajjiżi oħra fejn hija regolata. Jekk il-pajjiż fejn tixtieq tmur tgħix ma jidhirx, jista’ jkun li l-professjoni mhijiex regolata hemm.

Jekk ma ssibx il-professjoni tiegħek fil-bażi, tista' tikkuntattja l- punti ta' kuntatt nazzjonali għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali English f'dak il-pajjiż fejn tixtieq tmur taħdem. Jistgħu jgħinuk sabiex issir taf liema hija l-awtorità kompetenti u liema huma d-dokumenti li għandek bżonn tibgħat.

X'inhi s-sitwazzjoni tiegħek?

Irrid immur ngħix f'pajjiż ieħor u nipprattika l-professjoni tiegħi hemmhekk

Jekk tixtieq tmur tgħix f' pajjiż ieħor tal-UE English fejn il-professjoni li tixtieq tipprattika hija regolata, se teħtieġ rikonoxximent sħiħ tal-kwalifiki tiegħek qabel ma tkun tista' taqbad taħdem hemm.

Ladarba l-kwalifiki tiegħek jiġu rikonoxxuti, ikollok aċċess għall-professjoni u tkun tista' tipprattikaha fuq l-istess termini bħaċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż, kif ukoll dawk li kisbu l-kwalifika tagħhom hemm.

Ipprepara l-applikazzjoni tiegħek

L-awtorità responsabbli għall-aċċess għall-professjoni tiegħek fil-pajjiż ospitanti tispjegalek liema dokumenti huma meħtieġa mingħandek.

Jekk il-professjoni tiegħek mhix regolata f’pajjiżek, jaf ma jkollokx diplomi rilevanti, ċertifikati, jew prova ta’ sħubija f’assoċjazzjoni professjonali. Imbagħad tista’ teħtieġ li permezz ta’ mezzi oħra tagħti prova li eżerċitajt il-professjoni tiegħek għal tal-anqas 2 mill-aħħar 10 snin.

Proċeduri u skadenzi

Meta tapplika sabiex il-kwalifiki tiegħek jiġu rikonoxxuti, l-awtoritajiet għandhom xahar biex jikkonfermaw li rċevew l-applikazzoni tiegħek u jitolbuk xi dokumenti li jkollhom bżonn.

Meta jirċievu l-applikazzjoni kompleta tiegħek, ikollhom jieħdu deċiżjoni fi żmien:

  • 3 xhur jekk inti tabib, infermiera tal-kura ġenerali, qabla, kirurgu veterinarju, dentist, farmaċista jew perit li tibbenefika minn rikonoxximent awtomatiku français Deutsch English
  • 4 xhur għall-professjonijiet l-oħra kollha

Jekk l-awtoritajiet jiskopru li l-edukazzjoni u esperjenza professjonali tiegħek ma jikkorrispondux mal-istandards meħtieġa fil-pajjiż li qed jospitak, jistgħu jitolbuk tieħu miżuri addizzjonali biex turi li inti kwalifikat. Fil-prinċipju, għandek tkun tista’ tagħżel bejn test tal-aptitudni jew taħriġ ta’ adattament (li jista’ jieħu sa 3 snin).

Jekk jirrifjutaw l-applikazzjoni tiegħek, għandhom jispjegaw għalfejn.

Jekk l-awtoritajiet ma jiħdux deċijoni fiż-żmien stipulat, tista' ssejjaħ is- servizzi ta' assistenza tagħna jew il- punti ta' kuntatt nazzjonali għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali English. Jekk dawn ma jkunux jistgħu jgħinu, tista’ tieħu l-każ tiegħek quddiem il-qrati nazzjonali.

Irrid nipprovdi s-servizzi tiegħi temporanjament barra minn pajjiżi

Jekk trid tipprovdi s-servizzi tiegħek fuq bażi temporanja f' pajjiż ieħor tal-UE English l-ewwel trid tkun stabbilit f'pajjiżek stess - għalkemm m'għandekx bżonn tkun qed tipprattika l-professjoni meta tkun trid taħdem barra.

M'hemmx bżonn li tapplika biex il-kwalifiki tiegħek jingħatalhom għarfien. Iżda jista' jkun jeħtieġlek tagħmel dikjarazzjoni bil-miktub minn qabel (fuq karta jew b'mod elettroniku) fil-pajjiż li sejjer fih jekk:

Il-pajjiż li jospitak jista' jitlob ukoll li int iġġedded id-dikjarazzjoni tiegħek darba fis-sena, jekk ikollok l-intenzjoni li tkompli tipprovdi servizzi temporanji hemm.

L-aħjar mod biex tiskopri jekk dan huwiex meħtieġ hu li tiċċekkja mal- punti ta' kuntatt għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali English fil-pajjiż li jospitak.

Id-dikjarazzjoni tiegħek

Jekk tkun meħtieġa dikjarazzjoni, għandek tibgħatha direttament lill-awtorità tal- pajjiż ospitanti responsabbli għal professjoni tiegħek (biex tkun taf liema hi l-awtorità, staqsi lill- punt ta' kuntatt nazzjonali hemmhekk English ).

Din għandha jkollha dawn li ġejjin:

  • l-isem, il-kunjom u d-dettalji ta' kuntatt
  • nazzjonalità
  • il-professjoni fil-pajjiż fejn normalment taħdem u l-professjoni li tixtieq tipprattika fil-pajjiż barrani li sejjer fih
  • l-informazzjoni dwar l-assigurazzjoni għar-responsabbiltà professjonali tiegħek: min qed jinxurjak, in-numru ta' kuntatt (staqsi lil min iħaddmek)
  • ir-referenza għal kull dikjarazzjoni ppreżentata qabel fl-istess pajjiż

L- ewwel darba li tibgħat dikjarazzjoni, jew jekk ikun hemm xi tibdil fis-sitwazzjoni tiegħek, għandek tinkludi dawn id- dokumenti ta' referenza li ġejjin:

  • l-evidenza tan-nazzjonalità tiegħek
  • l-evidenza li int stabbilit skont il-liġi f'pajjiż tal-UE:
  • l-evidenza ta' kwalifiki professjonali
  • jekk il-professjoni tiegħek u t-taħriġ għaliha mhumiex regolati fil-pajjiż fejn normalment tipprattika: evidenza li ilek tipprattika l-professjoni msemmija għal tal-anqas sentejn mill-aħħar 10 snin
  • Jekk għandek impjieg relatat mas-sigurtà (pereżempju gwardjan tas-sigurtà): evidenza li qatt ma kont misjub ħati ta' offiża kriminali serja.

Il-mod ta' evidenza tista' tvarja minn pajjiż għal ieħor. Ikkuntattja l-awtorità fil-pajjiż ospitanti responsabbli għall-professjoni tiegħek biex tiċċekkja liema tipi ta' dokumenti jiġu aċċettati bħala evidenza.

Skadenzi

Fil-biċċa l-kbira tal-każi tista' tibgħat id-dikjarazzjoni jkun meta jkun qabel ma tibda taħdem fil-pajjiż ospitanti (anki jekk m'intix ċert jekk fil-fatt intix sejjer taħdem hemm).

Però, jekk il-professjoni li tkun tixtieq tipprattika tinvolvi theddida għas-saħħa jew is-sikurezza tal-pubbliku, il-pajjiż ospitanti jista' jiċċekkja l-kwalifiki tiegħek minn qabel.

Dan ifisser li ma tkunx tista' tibda taħdem qabel ma jseħħ dan u tirċievi awtorizzazzjoni formali.

Il-professjoni tiegħek jeħtiġilha dan l-iċċekkjar minn qabel? Staqsi l- punt ta' kuntatt għall-kwalifiki professjonali English tal-pajjiż ospitanti.

Jekk iva, jistgħu jgħaddu xagħrejn biex l-awtorità tal-pajjiż ospitanti tiċċekkja l-kwalifika tiegħek u tiddeċiedi jekk hemmx bżonn li int tieħu xi passi oħra, pereżempju tlestija ta' żmien ta' adattazzjoni, jew test tal-aptitudni.

Bħala regola, mistenni li tikkonforma ma' dawn il-kondizzjonijiet addizzjonali xahar wara li tkun ġejt informat bihom. Jekk dan mhux possibbli (pereżempju jkollok tgħaddi minn eżami, iżda ebda eżamijiet ma jkunu organizzati f'dak il-perjodu), tista' tistaqsi lis- servizzi ta' għajnuna tagħna.

Biex tħaffef l-awtorizzazzjoni, kun żgur li d-dikjarazzjoni tiegħek fiha l-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa kollha. Dokumenti neqsin jew żbalji jistgħu jikkawżaw dewmien mhux meħtieġ.

Għall-fiżjoterapisti

Jekk inti fiżjoterapista, skopri liema dokumenti u formalitajiet huma meħtieġa mill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiż fejn tixtieq taħdem:

Agħżel il-pajjiż

Agħżel il-pajjiż

Drittijiet komuni fil-pajjiżi tal-UE


* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

Kopji ċertifikati/traduzzjonijiet ġuramentati

L- awtoritajiet jistgħu jitolbu kopji ċertifikati (biex ikollhom prova li d-dokumenti huma ġenwini) u/jew traduzzjonijiet b'ġurament ta' xi dokumenti ewlenin għall-applikazzjoni tiegħek, bħaċ-ċertifikati li jagħtu prova tal-kwalifiki tiegħek. Traduzzjonijiet ġuramentati jiġu b'garanzija ta' preċiżjoni minn traduttur reġistrat.)

Madankollu, ir-regoli tal-UE jiddikjaraw li:

  • dan ir-rekwiżit japplika biss għal dokumenti ewlenin, pereżempju l-kwalifiki nfishom
  • l-awtoritajiet huma obbligati li jaċċettaw traduzzjonijiet b'ġurament minn pajjiżi oħrajn tal-UE

L-awtoritajiet ma jistgħux jitolbu traduzzjonijiet ġuramentati ta':

  • il-kwalifiki għal tobba, infermiera tal-kura ġenerali, qbiela, kirurgi veterinarji, dentisti, spiżjara jew il-periti.
  • karti tal-identità, passaporti, jew dokumenti oħra li m'għandhomx x'jaqsmu mal-kwalifiki tiegħek

Din l-informazzjoni mogħtija hawn fuq hi taqsira tar-regoli kumplessi b'għadd ta' eċċezzjonijiet.

Biex tkun żgur li dawn l-eċċezzjonijiet ma japplikawx għalik, aqra l- gwida tal-UE għall-għarfien tal-kwalifiki professjonali [186 KB] .

Storja bħala eżempju

L-għarfien ta' drittijietek jgħinek tevita l-burokrazija żejda

Katarina hija spiżjara Slovakka li trid tmur taħdem l-Awstrija. L-awtoritajiet Awstrijaċi jitolbuha għal traduzjonijiet ġuramentati, provduti minn traduttur Awstrijakk, tad-dokumenti kollha ta' referenza għall-applikazzjoni tagħha.

Izda Katarina mhijiex meħtieġa li tipprovdi traduzzjonijiet ġuramentati tad-diplomi tagħha. Ghal hafna kategoriji ta' diplomi - tobba, infermiera tal-kura ġenerali, qwiebel, kirurgi veterinarji, dentisti, spiżjara, periti - it-traduzzjonijiet ġuramentati mhumhiex meħtieġa.

Qabel ma tibda taħdem:

Ladarba l-kwalifiki professjonali jkunu rikonoxxuti, tista’ xorta waħda jkollok tirreġistra ma’ korp professjonali qabel ma tkun tista’ tuża t-titolu professjonali tiegħek u tbda tipprattika. F’xi każijiet l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbu wkoll biex il-ħiliet lingwistiċi tiegħek jiġu vverifikati.

Ikseb aktar tagħrif .

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE / Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika

F'dan il-każ, 28 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.