Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2012
en
en
daen
deenfrnl
bgen
en
deen
en
en
en
en
deenfr
ennl
en
en
en
en
en
en
en
en
deen
enet
en
en
ensv
en
en
enhu
en
en
Bħala ċittadin tal-UE, tista' tgħix u taħdem temporanjament f'pajjiż ieħor tal-UE.
Madankollu ma teżistix liġi mal-UE kollha li tissettilja l-kwistjonijiet tat-tassazzjoni meta taħdem u tgħix f'diversi pajjiżi differenti matul perjodu qasir ta' żmien.
Jeżistu biss liġijiet nazzjonali u ftehimiet dwar tassazzjoni doppja bejn il-pajjiżi – u dawn il-ftehimiet ma jkoprux l-eventwalitajiet kollha u jvarjaw sew. Madankollu, il-prinċipji bażiċi li japplikaw f'ħafna mill-każijiet huma dawn t'hawn taħt.
Id-dħul ta' flus li taqla' matul iż-żmien li tintbagħat taħdem f'pajjiż barrani jista' jkun intaxxat f'dak il-pajjiż.
Għal informazzjoni speċifika dwar il-pajjiż (rati tat-taxxa, dettalji ta' kuntatt għall-awtoritajiet tat-taxxa, definizzjonijiet ta' residenza għat-taxxa):
en
en
daen
deenfrnl
bgen
en
deen
en
en
en
en
deenfr
ennl
en
en
en
en
en
en
en
en
deen
enet
en
en
ensv
en
en
enhu
en
en
Jekk għadek resident f'pajjiżek (il-pajjiż li normalment tgħix fih), tista' wkoll tkun intaxxat hemm fuq l-istess dħul ta' flus.
Madankollu, normalment jinsabu arranġamenti fil-post li fil-fatt jevitawlek li tħallas taxxa doppja:
Għal tweġiba definittiva, ara l-ftehim dwar it-taxxa rilevanti.
Meta tintbagħat taħdem f'pajjiż barrani, ta' spiss ikollok tħallas it-taxxa f'pajjiżek dan isir biss jekk:
Riżultat — skont il-ftehim dwar it-tassazzjoni doppja tar-Renju Unit mal-Portugall, int ma tħallasx taxxa fuq dak id-dħul ta' flus fl-Ingilterra. L-uniku pajjiż li jista' jintaxxak fuq is-salarju hu l-Portugall.
Jekk min iħaddmek meħtieġ mil-liġi tar-Renju Unit li jnaqqas it-taxxa tar-Renju Unit minn ras il-għajn mis-salarju li jingħatalek fl-Ingilterra, tkun tista' titlobha lura aktar tard.
Riżultat — skont il-ftehim dwar it-tassazzjoni doppja tar-Renju Unit mal-Portugall, int ma tħallasx taxxa doppja fuq dak id-dħul ta' flus.
Jekk titnaqqas it-taxxa mis-salarju tiegħek fiż-żewġ pajjiżi għall-perjodu li fih tkun mibgħut, tkun tista' titlobha lura minn pajjiż jew minn eħor, dan jiddependi minn fejn tkun meqjus li int resident matul dik is-sena.
Iżda min iħaddmek għamel sew li ħallaslek il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fil-Portugall.
Is-sena li għaddiet, Carla ħadmet il-biċċa l-kbira tal-ħin fil-Portugall iżda ntbagħtet taħdem Franza għal xahar, l-Italja għal xahrejn u l-Islanda għal xahrejn oħra. Jeħtiġilha timla d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa fl-4 pajjiż?
Le. Carla ntbagħtet f'dawn il-pajjiżi mis-sid tagħha Portugiż u qatt ma damet fihom aktar minn 6 xhur (f'perjodu ta' żmien ta' 12-il xahar). Probabbilment ikun jeħtiġilha biss tapplika u tħallas it-taxxi fil-Portugall (sakemm min iħaddimha ma għandux uffiċċju f'xi wieħed mill-pajjiżi l-oħrajn).
Madankollu, għal tweġiba definittiva, mhemmx alternattiva ħlief li ssir verifika mal-liġijiet nazzjonali rilevanti u mal-ftehimiet dwar it-tassazzjoni doppja.
Dawn għandu m'nejn ikun jeħtiġilhom ċerti proċeduri: Is-sid ta' Carla jista' jkun jeħtieġlu jnaqqas it-taxxa mis-salarju tagħha li tħallsu matul is-sekondar lill-pajjiżi kollha jew lil xi wħud minnhom. U jista' jkun possibbli li jintalab lura dan it-tnaqqis ta' taxxa, jew inkella l-Portugall jista' jagħti kreditu għat-taxxa mħallsa fil-pajjiżi l-oħrajn.
L-informazzjoni misjuba hawn taħt hi biss taqsira tar-regoli l-aktar komuni:
Id-dħul minn madwar id-dinja jfisser id-dħul ta' flus u l-qligħ mill-pajjiżi kollha — mhux biss dak li qlajt matul il-perjodu li ntbagħat taħdem barra.
Liema pajjiż jintaxxa d-dħul tal-flus minn madwar id-dinja normalment jiddependi minn fejn titqies li int resident taxxabbli.
Kemm tista' tkun ilek tgħix f'pajjiż barrani bħala ħaddiem issekondat mingħajr ma titqies resident taxxabbli (u b'hekk soġġett għat taxxa fuq id-dħul ta' flus minn madwar id-dinja?
Hemm il-possibbiltà li tista' titqies bħala resident taxxabbli.
Iżda, skont il-biċċa l-kbira tal-ftehimiet dwar it-taxxa, int normalment tibqa' resident taxxabbli f'pajjiżek – jekk iżżomm ir-residenza permanenti tiegħek hemm u r-rabtiet personali u ekonomiċi tiegħek ma' dak il-pajjiż li fih huma aktar b'saħħithom.
F'dak il-każ, il-pajjiż ospitanti ma jkollux dritt li jintaxxalek id-dħul ta' flus minn madwar id-dinja.
Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet tibqa' resident taxxabbli f'pajjiżek – dan ifisser li l-pajjiż ospitanti ma jkollux id-dritt li jintaxxa d-dħul tiegħek minn madwar id-dinja. Madankollu, hu jista' jintaxxak fuq id-dħul u l-qligħ tiegħek li tkun għamilt fih.
Għal informazzjoni dwar taxxi oħrajn fil-pajjiż li fih qed tgħix attwalment, ikkonsulta lill-uffiċċji lokali tat-taxxa.
Jekk titqies resident taxxabbli fil-pajjiż li fih ġejt mibgħut, għandek titqies (għal finijiet tat-taxxa) l-istess bħaċ-ċittadini residenti ta' dak il-pajjiż.
Jekk ma ssirx resident taxxabbli iżda xorta waħda taqla' l-parti l-kbira tad-dħul hemmhekk, għandu jingħatalek l-istess tnaqqis mit-taxxa bħal dak li hu disponibbli għar-residenti – b'ċerti kondizzjonijiet.
Jekk tħoss li qed tkun diskriminat, tista' tikseb parir personalizzat.
Fejn il-liġi nazzjonali fil-pajjiż ospitanti tippermetti ċertu tnaqqis tat-taxxa (biex jagħmel tajjeb għal kontribuzzjonijiet għal pensjoni professjonali jew għal assigurazzjoni privata fuq is-saħħa/diżabbiltà), għandek tkun eliġġibbli għal dawn il-kontribuzzjonijiet li trid tħallas hemmhekk.
Skont ċerti kondizzjonijiet, tnaqqis ekwivalenti għandu jkun aċċettat mill-pajjiż ospitanti għal kontribuzzjonijiet imħallsin għall-iskemi tal-pensjoni f'pajjiżek.
Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?