Mogħdija tan-navigazzjoni
Probabbilment se jkollok tagħmel dan fi Franza. Aktarx tibqa' resident taxxabbli hemmhekk, jekk:
Madankollu, jekk dawn it-3 kondizzjonijiet mhumiex sodisfatti, tista' titqies bħala taxxabbli fid-Danimarka – tal-anqas għad-dħul ta' flus li tkun daħħalt matul is-sekondar tiegħek.
Jekk toqgħod għal aktar minn 6 xhur fid-Danimarka, teżisti l-possibbiltà li tista' titqies bħala resident taxxabbli hemmhekk. Iżda, skont il-biċċa l-kbira tal-ftehimiet dwar it-taxxa, int normalment tibqa' resident taxxabbli f'pajjiżek – jekk iżżomm ir-residenza permanenti tiegħek hemm u r-rabtiet personali u ekonomiċi tiegħek ma' dak il-pajjiż li fih huma aktar b'saħħithom.
F'dak il-każ, id-Danimarka ma jkollhiex dritt li tintaxxalek id-dħul ta' flus minn madwar id-dinja. Skont il-biċċa l-kbira tal-ftehimiet dwar it-taxxa doppja, aktarx li jkun hemm regoli differenti jekk min iħaddmek hu entità pubblika, u dan hu aktar minnu jekk int uffiċċjal maċ-Ċivil, billi l-minimizzazzjoni tat-taxxa minn dawk li jħaddmu hi anqas problema f'ċirkostanzi ta' din ix-xorta.
Fil-każijiet kollha, għal tweġiba definittiva ara l-ftehim rilevanti dwar it-taxxa bejn il-pajjiżi involuti (f'dan il-każ Franza u d-Danimarka), jew ikkuntattja lill-awtoritajiet nazzjonali.
Aktar tagħrif dwar:
LE — Normalment issir resident taxxabbli f'pajjiż B jekk toqgħod aktar minn 6 xhur f'sena fiskali.
Teoretikament hu possibbli li dan mhux il-każ – l-istatus tiegħek għal finijiet tat-taxxa jiddependi mil-liġijiet nazzjonali tal-pajjiżi A u B, u kwalunkwe ftehim dwar it-taxxa doppja bejniethom – iżda n-norma hi li takkwista residenza taxxabbli fil-pajjiż fejn qed taħdem wara 6 xhur fih.
Din mhix ħlief taqsira tal-aktar regoli komuni. Għal tweġiba definittiva, ara l-ftehim dwar it-taxxa rilevanti jew ikkuntattja lill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali jew konsulent dwar l-impjiegi Ewropej
.
Aktar tagħrif dwar:
Arranġament li jippermettilek toffri servizzi f'pajjiż barrani mingħajr ma tibdel is-sistemi tat-taxxa jew tas-sigurtà soċjali. Dan maħsub biex jagħmilha eħfef għalik li taħdem barra pajjiżek għal perjodu limitat taż-żmien.
L-aktar fatturi importanti meta tintbagħat taħdem f'pajjiż barrani huma:
Dan jista' jkun stipulat fil-liġijiet nazzjonali jew il-ftehimiet dwar it-taxxa bejn il-pajjiżi – iżda dawn il-ftehimiet ma jkoprux l-eventwalitajiet kollha u jvarjaw b'mod konsiderevoli.
Skont bosta ftehimiet dwar it-taxxa, int tkun intaxxat b'mod esklużiv fil-pajjiż fejn normalment tinsab ir-residenza tiegħek (f'"pajjiżek") jekk:
Din hija biss taqsira ta' dak li jiġri ġeneralment. Jista' jeżistu eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali f'ċerti ftehimiet dwar it-taxxa, u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tiegħek għandhom dejjem jitqiesu.
Barra minn hekk, kull pajjiż għandu d-definizzjonijiet tiegħu ta' "sena" u ta' "perjodu ta' 12-il xahar" għal finijiet tat-taxxa.
Għal tweġiba ddettaljata għas-sitwazzjoni tiegħek, ikkonsulta l-ftehim dwar it-taxxa kkonċernat bejn il-pajjiżi u kkuntattja l-uffiċċju tat-taxxa jew konsulent dwar l-impjiegi Ewropej
.
Aktar tagħrif dwar:
Billi s-sekondar dam anqas minn 6 xhur, probabbilment ikollok tkompli tħallas it-taxxa f'pajjiżek (il-pajjiż fejn normalment taħdem). Ma jkollokx normalment għalfejn tħallas taxxa fuq id-dħul fil-pajjiż ospitanti sakemm min iħaddmek ma għandux uffiċċju hemmhekk.
Il-liġijiet tal-pajjiż ospitanti jistgħu jeħtieġu li min iħaddmek biex inaqqaslek it-taxxa mis-salarju li tirċievi matul il-perjodu li tkun mibgħut taħdem fil-pajjiż barrani – li jwasslu għat-tieni sett ta' tnaqqis mill-paga tiegħek.
Iżda jekk iseħħ dan, għandek tkun tista' titlob rimborż mill-pajjiż ospitanti, biex tkun evitata t-taxxa doppja.
Din mhix ħlief taqsira tal-aktar regoli komuni. Għal tweġiba definittiva, ara l-ftehim dwar it-taxxa rilevanti jew ikkuntattja lill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali jew konsulent dwar l-impjiegi Ewropej
.
Aktar tagħrif dwar:
Wara li tkun ilek tgħix għal sena sħiħa f'pajjiż ieħor tal-UE, normalment titqies hemm bħala resident għal finijiet tat-taxxi. Dan ifisser li dak il-pajjiż għandu jagħtik l-istess tnaqqis jew riduzzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tiegħu – anki jekk dawn japplikaw għal infiq li jsir lil hinn mill-fruntieri tiegħu.
Mela jekk il-pajjiż ospitanti jippermetti dan it-tnaqqis għal miżati taċ-childcare, pereżempju, tkun tista' tnaqqas kwalunkwe miżata għaċ-childcare li ħallast f'pajjiżek.
Aktar tagħrif dwar: