Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2012
Bħala ċittadin tal-UE, tista' tgħix u taħdem temporanjament f'pajjiż ieħor tal-UE u tibqa' kopert bis-sistema tas-sigurtà soċjali ta' pajjiżek (is-sistema tal-pajjiż fejn normalment taħdem).
Meta tintbagħat taħdem f'pajjiż ieħor tal-UE – kemm jekk int impjegat jew taħdem għal rasek – dan ma għandu jħalli ebda impatt fuq id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek jew ta' familtek (il-kopertura tas-saħħa, il-benefiċċji tal-familja, id-diżabbiltà jew id-dritt għal pensjoni tax-xjuħija, eċċ.).
Se tmur tgħix barra pajjiżek int u taħdem fil-pajjiż barrani?
Qiegħed fuq żjajjar qosra?
Kull ma għandek bżonn hu tal-karta Ewropea tal-assigurazzjoni fuq is-saħħa
. Tista' takkwista waħda mingħand il-provveditur tal-kura tas-saħħa ta' pajjiżek jew mingħand l-awtorità tas-sigurtà soċjali.
Biex tevita l-problemi u nuqqasijiet ta' ftehim li jistgħu jħallu konsegwenzi serji, qabel ma titlaq, informa ruħek dwar is-sistema tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż li sejjer fih:
Is-sistemi nazzjonali tal-benefiċċji skont il-pajjiż
Sergio mill-Italja ntbagħat jaħdem il-Lussemburgu bħala ħaddiem fil-kostruzzjonji. It-tabib tiegħu fil-Lussemburgu tah ċertifikat tal-mard għal xahar minħabba ferita f'sebgħu. Iżda l-assigurazzjoni Taljana tikkunsidra li ferita ta' din ix-xorta ma tiġġustifikax li għandu jingħata ċertifikat tal-mard għal xahar u ma aċċettatx li tħallas il-benefiċċji.
Biex is-sitwazzjoni tkun ikkjarifikata, l-assigurazzjoni Taljana tista' tqabbad tabib magħżul minnha biex jeżamina lil Sergio u biex jivverifika jekk il-lif tal-mard hux iġġustifikat. It-tabib imbagħad jibgħat rapport lill-assigurazzjoni ta' Sergio, li tintrabat b'dak li jsibu ż-żewġ tobba.
Il-benefiċċji tal-qgħad għandhom jitħallsu minn pajjiżek (minn dak li minnu tkun intbagħat taħdem f'pajjiż barrani – li hu responsabbli mill-kopertura tas-sigurtà soċjali tiegħek).
Għandek tingħata:
Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?
jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera