Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2012
Bħala ħaddiem jaħdem għal rasu stabbilit skont il-liġi f'kull pajjiż tal-UE, għandek id-dritt li taħdem f'kull pajjiż tal-UE x'ħin trid. Ma jkunx jeħtieġlek permess tax-xogħol.
Għal sentejn, tista' taħdem f'pajjiż ieħor tal-UE u tibqa' kopert mis-sistema tas-sigurtà soċjali ta' "pajjiżek" – ċertament dan hu l-eħfef mod biex timminimizza l-mili ta' karti.
Jekk tiddeċiedi li taqleb għas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż fejn tintbagħat taħdem, ikollok tħallas il-kontribuzzjonijiet fih.
Jekk tixtieq tagħmel dan, jeħtieġlek tapplika għal formola A1 (dik li qabel kienet il-formola E 101). Din il-formola turi li int u d-dipendenti tiegħek għadhom koperti mis-sistema ta' pajjiżek int u taħdem f'pajjiż barrani – sa sentejn.
Biex tkun taf liema entità tista' toħroġ dan id-dokument, ikkuntattja l-uffiċċju ta' koordinament għall-ħaddiema mibgħutin jaħdmu barra l-pajjiż f'pajjiżek.
Biex tingħata l-formola, trid tipprova li l-attivitajiet li biħsiebek twettaq fil-pajjiż barrani huma "simili" għal dawk li twettaq f'pajjiżek. Kif? Ara l-gwida tal-UE dwar ir-regoli tas-sekondar barra l-pajjiż
[690 KB] English.
Tista' tibqa' kopert bis-sistema ta' pajjiżek għal sentejn. Imbagħad, tkun tista' taħdem barra pajjiżek, iżda jkollox taqleb għas-sistema tas-sigurtà soċjali lokali u tħallas il-kontribuzzjoni hemmhekk.
Jekk ma tixtieqx li tibdel is-sistemi, ikun jeħtieġlek tieqaf taħdem għal tal-anqas xahrejn.
Ħlief — jekk ma stajtx tispiċċa x-xogħol minħabba ċirkostanzi li ma kellekx kontroll fuqhom (mard, il-qagħda tat-temp, dewmien fit-twassil ta' materjal, eċċ), int tista' titlob estensjoni tal-perjodu inizjali li fih kont se taħdem fil-pajjiż barrani sakemm ix-xogħol jitlesta, mingħajr ma jkollok tosserva l-waqfa ta' xahrejn.
Madankollu, it-tul ta' żmien li fih tkun tista' taħdem fil-pajjiż ospitanti iżda tibqa' fis-sistema tas-sigurtà soċjali ta' pajjiżek xorta waħda hu limitat għal sentejn.
Biex tingħata estensjoni, jeħtieġlek titlobha mingħand l-awtorità li ħarġitlek il-formola A1 qabel it-tmiem tal-perjodu inizjali li fih ħdimt barra pajjiżek.
Ikollok tippreżenta l-formola A1 lill-awtoritajiet f'kull waqt matul iż-żmien li tkun qiegħed barra pajjiżek. Jekk ma tkunx tista' tagħmel dan, jistgħu jġegħluk tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fih. Jekk jivverifikawk u jkollok formola A1 valida, il-pajjiż ospitanti għandu jirrikonoxxiha.
Alan hu ħaddiem li jaħdem għal rasu fil-kostruzzjoni li mar jaħdem fl-Irlanda. Xi spetturi żaru s-sit ta' kostruzzjoni fejn kien qed jaħdem u ddikjaraw li l-formola A1 ta' Alan (dik li qabel kienet l-E 101) ma kinitx valida, u potenzjalment għamluh responsabbli li jħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fl-Irlanda.
Skont il-liġi tal-UE, ma kienx il-kompitu tal-awtoritajiet Irlandiżi li jiġġudikaw jekk Alan kienx ħaddiem jaħdem barra pajjiżu b'mod validu jew le. Pajjiżu biss (il-pajjiż fejn normalment jaħdem) jista' jiddikjara li formola A1 hi invalida. Meta dan ġie ċċarat, l-awtoritajiet Irlandiżi għarfu li Alan ma kellux għalfejn iħallas kontribuzzjonijiet fl-Irlanda.
Meta jidher ċar mill-bidu nett li s-sekondar se jdum aktar minn sentejn, tista' titlob eżenzjoni, li tippermettilek li tibqa' kopert mis-sistema tas-sigurtà soċjali ta' pajjiżek matul il-perjodu li tkun qed taħdem f'pajjiż barrani.
Eżenzjonijiet ta' din ix-xorta, li jvarjaw minn każ għal każ, jeħtiġilhom il-kunsens tal-awtoritajiet rilevanti f'kull pajjiż ikkonċernat u huma validi biss għal perjodu definit.
Għandu mnejn ikollok timla wkoll dikjarazzjoni minn qabel fejn tiddikjara li biħsiebek taħdem fil-pajjiż ospitanti.
Għal dettalji, ikkuntattja l-uffiċċju għall-koordinament tal-ħaddiema mibgħutin jaħdmu barra pajjiżhom jew il-punt ta' kuntatt uniku
fil-pajjiż li sejjer fih.
Biex taħdem temporanjament f'pajjiż ieħor tal-UE, jeħtieġlek tapplika biex il-kwalifiki tiegħek jingħatalhom għarfien.
Jista' jkun jeħtieġlek, madankollu, li tagħmel dikjarazzjoni bil-miktub (fuq karta jew b'mod elettroniku) fil-pajjiż li sejjer fih jekk:
Biex tkun taf jekk dan hux meħtieġ, iċċekkja mal-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiż ospitanti.
Madankollu, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet tista' tibda' taħdem immedjatament fil-pajjiż barrani (ma għandex għalfejn tistenna l-approvazzjoni).
Għal aktar għajnuna jew informazzjoni dwar il-formalitajiet meħtieġa biex tipprattika l-professjoni tiegħek, ikkuntattja l-punt ta' kuntatt għall-kwalifiki professjonali
English tal-pajjiż ospitanti.
Jekk tkun meħtieġa dikjarazzjoni, għandek tippreżentaha:
English hemmhekk). Din għandha jkollha dawn li ġejjin:
U d-dokumenti li juru dan li ġejjin:
Il-mod ta' evidenza tista' tvarja minn pajjiż għal ieħor. Ikkuntattja l-awtorità responsabbli biex tiċċekkja liema tipi ta' dokumenti jiġu aċċettati bħala evidenza.
Jekk il-professjoni li tkun tixtieq tipprattika tinvolvi theddida għas-saħħa jew is-sikurezza tal-pubbliku, il-pajjiż ospitanti jista' jiċċekkja l-kwalifiki tiegħek minn qabel.
Dan ifisser li ma tkunx tista' tibda taħdem qabel ma jseħħ dan u tirċievi awtorizzazzjoni formali.
Il-professjoni tiegħek jeħtiġilha dan l-iċċekkjar minn qabel? Staqsi l-punt ta' kuntatt għall-kwalifiki professjonali
English tal-pajjiż ospitanti.
Jekk dan ikun meħtieġ, jaf joħodlok minn 1 sa 4 xhur aktar (wara li l-awtorità tirċievi d-dikjarazzjoni tiegħek) biex tingħata l-awtorizzazzjoni meħtieġa.
Biex tħaffef l-awtorizzazzjoni, kun żgur li d-dikjarazzjoni tiegħek fiha l-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa kollha. Dokumenti neqsin jew żbalji jistgħu jikkawżaw dewmien mhux meħtieġ.
L-awtorità tal-pajjiż ospitanti tista' timponi wkoll kondizzjonijiet addizzjonali pereżempju jistaqsuk biex tagħmel eżami jew biex tibda billi jkollok perjodu ta' xogħol taħt superviżjoni.
Normalment, mistenni li tikkonforma ma dawn il-kondizzjonijiet xahar wara li tkun ġejt informat. Jekk dan mhux possibbli (pereżempju jkollok tgħaddi minn eżami, iżda ebda eżamijiet ma jkunu organizzati f'dak il-perjodu), tista' tistaqsi lis-servizzi ta' għajnuna
tagħna.
Jekk il-kwalifiki huma ċċekkjati – minħabba impatt potenzjali fuq is-saħħa jew is-sikurezza tal-klijenti – tista' tintalab biex tipprovdi traduzzjoni ċċertifikata tad-dokumenti tiegħek.
Madankollu, ir-regoli tal-UE jiddikjaraw li:
Il-karti tal-identità nazzjonali, il-passaporti, eċċ. ma JITQISUX bħala dokumenti ewlenin u ma għandhomx għalfejn jiġu tradotti.
Barra minn hekk, il-professjonisti li ġejjin ma għandhomx għalfejn jipprovdu traduzzjoni ċċertifikata tal-kwalifiki tagħhom:
Din l-informazzjoni mogħtija hawn fuq hi taqsira tal-liġijiet kumplessi b'għadd ta' eċċezzjonijiet. Biex tkun żgur li dawn l-eċċezzjonijiet ma japplikawx għalik, aqra l-FAQs rilevanti fil-gwida tal-UE għall-għarfien tal-kwalifiki professjonali
[405 KB]
Deutsch
English
español
français
italiano
polski
.
Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?
F'dan il-każ, 27 Stat Membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera
F'dan il-każ, 27 Stat Membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera