Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2012
Bħala ċittadin tal-UE , tista' tgħix u taħdem temporanjament f'pajjiż ieħor tal-UE u tibqa' kopert bis-sistema tas-sigurtà soċjali ta' pajjiżek (is-sistema tal-pajjiż fejn normalment taħdem).
Jekk tkun intbgħatt barra pajjiżek, il-pajjiż mibgħut minnu jibqa' responsabbli biex iħallas il-benefiċċji tal-familja tiegħek.
Lisa u Ole li huma Svediżi għandhom l-opportunità li jgħaddu sentejn fl-Olanda jekk Ole jaċċetta li jintbagħat jaħdem hemm. Iżda Lisa tixtieq li hu ma jaċċettax billi hi tinsab tqila u – għal kontra ta' dak li jsir fl-Isvezja – l-Olanda ma jingħatawx benefiċċji għat-trobbija tat-tfal.
Madankollu, billi Lisa taħdem fl-Isvezja fejn hi koperta bis-sigurtà soċjali, din mhix problema. Il-koppja tista' tmur tgħix l-Olanda wara t-twelid u xorta waħda tirċievi l-benefiċċji Svediżi — il-fatt li hi tinsab l-Olanda matul il-lif ta' maternità ma jaffettwax dan id-dritt (sakemm il-kuntratt tax-xogħol Svediż tagħha jibqa' validu).
Tista' tapplika għall-benefiċċji tal-familja fi kwalunkwe pajjiż fejn uliedek jew il-ġenitur l-ieħor għandhom dritt għall-benefiċċji. L-awtorità fejn applikajt tibgħat l-applikazzjoni tiegħek lill-pajjiżi kollha li huma responsabbli għal każ tiegħek.
Jekk tapplika fil-waqt ma' awtorità waħda, tkun ikkunsidrat li applikajt fil-ħin għall-benefiċċji fl-UE kollha. Ma tistax ma tingħatax id-drittijiet tiegħek jekk il-pajjiż fejn applikajt jibgħat tard il-fajls tiegħek lill-awtorità responsabbli f'pajjiż ieħor.
F'każ ta' problemi, tista' ċċemplel lis-servizzi ta' għajnuna
tagħna.
Lionel minn Franza ntbagħat jaħdem Malta għal sena u kera appartament hemmhekk. Martu u ibnu baqgħu Franza. Skont il-liġi Franċiża, il-familji b'wild wieħed ma jingħatawx benefiċċji tat-tfal.
Lionel applika għall-benefiċċji tal-familja f'Malta, billi ddikjara li kien resident hemm – iżda l-awtoritajiet Maltin ma aċċettawx l-applikazzjoni tiegħu billi kien hemm biss għal żmien temporanju.
Is-sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali jvarjaw ħafna fl-Ewropa — tagħrif żbaljat jista' jħallilek konsegwenzi serji.
Kun af dwar il-benefiċċji tal-familja fil-pajjiż li mort tgħix fih:
Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?
F'dan il-każ, 27 Stat Membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera