Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tfittxija għal xogħol barra pajjiżek

Aġġornat : 12/2012

Il-permessi tax-xogħol

Il-permessi tax-xogħol mhuma qatt meħtieġa għan-nies li jaħdmu għal rashom fl-UE.

Madankollu, xi ċittadini tal-UE xorta għadhom jeħtieġu permess tax-xogħol biex isibu impjieg f'ċerti pajjiżi tal-UE.

Jekk qed tippjana li tfittex xogħol f'pajjiż li għad għandu restrizzjonijiet għall-aċċess tas-suq tax-xogħol tiegħu, ta' min iffittex dwar il-proċeduri biex takkwista permess tax-xogħol. Iċċekkja wkoll jekk jeżistux restrizzjonijiet li titħallas il-benefiċċji għall-qgħad fih.

Jeħtieġlek tikkuntattja lis-servizz pubbliku tax-xogħol tal-pajjiż li sejjer fih.

Jekk teħtieġ aktar informazzjoni tista' tikkuntattja konsulent tal-impjiegi Ewropej.

Iċ-ċittadini tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakja

Sa mill-1 ta' Mejju 2011, ma għadhomx soġġett għal restrizzjonijiet: għandhom id-dritt li jaħdmu – bħala impjegati jew għal rashom – mingħajr permess tax-xogħol fl-UE u fl-Islanda u n-Norveġja.

L-Isvizzera tista' timponi restrizzjonijiet sal-31 ta' Mejju 2014.

Iċ-ċittadini tar-Rumanija u l-Bulgarija

Għandhom id-dritt li jaħdmu bħala impjegati jew għal rashom mingħajr permess tax-xogħol f'dawn il-pajjiżi: Il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Islanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakja, is-Slovenja u l-Isvezja.

Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013, id-dritt li taħdem jista' jkun ristrett f'dawn il-pajjiżi:

L-Awstrija

Il-Ġermanja

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Il-Belġju

Il-Lussemburgu

Spanja
(għar-Rumeni biss)

Franza

Malta

Ir-Renju Unit

Biex taħdem f'dawn il-pajjiżi, se jkollok bżonn permess tax-xogħol. Xi pajjiżi ssimplifikaw il-proċeduri tagħhom jew naqqsu r-restrizzjonijiet f'xi setturi jew għal xi professjonijiet.

L-Isvizzera tista' timponi r-restrizzjonijiet sal-31 ta' Mejju 2019.

Qabel ma tipprova taħdem f'pajjiż li għadu jimponi restrizzjonijiet, għandek tfittex informazzjoni dwar il-proċeduri applikabbli. Ikkuntattja lis-servizz tal-impjieg pubbliku fil-pajjiż fejn tixtieq taħdem.

Jekk teħtieġ aktar appoġġ, ikkuntattja konsulent tal-impjiegi Ewropej.

Storja bħala eżempju

Kun ċert li tista' ġġib permess tax-xogħol qabel tmur tgħix barra pajjiżek

Petre (Rumen) aċċetta impjieg fi Vjenna u qabad u mar l-Awstrija. Iżda ma rnexxilux jikseb permess tax-xogħol u kellu jmur lura r-Rumanija.

Jekk inti Rumen jew Bulgaru, huwa importanti li tiċċekkja jekk għandekx tapplika għall-permess tax-xogħol qabel ma tmur tgħix f'pajjiż ġdid biex tibda' xogħol hemm. F'dan il-każ, żomm f'rasek li l-applikazzjoni tiegħek għal permess tax-xogħol tista' tiġi miċħuda.

Biex tingħata l-flus tal-benefiċċji għall-qgħad f'pajjiż ieħor

Għandek id-dritt li tingħata l-flus tal-benefiċċji għall-qgħad li qed tirċievi minn pajjiż f'pajjiż ieħor meta tkun qed tfittex impieg fih. Dan id-dritt normalment japplika għal perjodu limitat ta' żmien – 3 xhur li jistgħu jiġu estiż għal 6 xhur darba biss – u jeħtieġlek awtorizzazzjoni minn qabel mingħand is-servizz tal-impjiegi tiegħek.

Dan id-dritt jista' jkun restritt f'pajjiżi li jimponu restrizzjonijiet fis-suq tax-xogħol tagħhom.

Kun af jekk dan hux il-każ billi tikkuntattja konsulent tal-impjegi Ewropej.

Storja bħala eżempju

It-trasferiment tal-benefiċċji tal-qgħad jista' jkun limitat

Sofia mill-Bulgarija hi bla xogħol. Hi tixtieq tmur il-Ġermanja biex tfittex xogħol hemm. Hi staqsiet lis-servizz tal-impjieg tagħha jekk tistax tkompli tirċievi l-benefiċċji għall-qgħad li qed tirċievi fil-Bulgarija waqt li tkun qed tagħmel dan.

Sofia ddiżappuntat ruħha meta saret taf li dan mhux possibbli. Il-Ġermanja għalissa ma tippermettix li ċ-ċittadini Bulgari jittrasferixxu l-benefiċċji tal-qgħad tagħhom hemm. Madankollu, dan se jkun possibbli sa mhux aktar tard mill-2014.

Meta tkun impjegat legalment f'pajjiż ieħor tal-UE, int ikollok dritt għal trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-pajjiż fejn tkun qed taħdem.

Is-sekondar barra pajjiżek

M'hemmx restrizzjonijiet fuq ħaddiema li jintbagħtu barra - kemm jekk ikunu impjegati u kemm jekk jaħdmu għal rashom.

Eċċezzjoni: Il-Ġermanja u l-Awstrija japplikaw restrizzjonijiet temporanji fuq is-sekondar ta' ħaddiema mir-Rumanija u l-Bulgarija minn kumpaniji f'ċerti setturi imma mhux għall-persuni li jaħdmu għal rashom.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?