Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2012
B'mod ġenerali, sabiex tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad teħtieġ li tkun tgħix fil-pajjiż li jħallas il-benefiċċji tiegħek. Madankollu, skont ċerti kundizzjonijiet inti tista' tmur f'pajjiż ieħor tal-UE biex tifttex xogħol u tkompli tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad tiegħek mill-pajjiż li fih spiċċajt bla xogħol.
Tista' toqgħod f'pajjiż ieħor għal żmien ta' tliet xhur, iżda s-servizzi tal-impjieg tal-pajjiż li qed iħallas il-benefiċċji tiegħek jista' jħallik tibqa' hemm sa sitt xhur jekk tistaqsi.
Tista' tagħmel dan biss jekk inti:
Qabel titlaq, trid tkun:
Din l-awtorizzazzjoni hija valida għal pajjiż wieħed biss. Jekk tixtieq tesporta l-benefiċċji tal-qgħad tiegħek lejn pajjiż ieħor, għandek bżonn tapplika għal formola U2 oħra. Staqsi fiċ-ċentru tal-impjiegi tiegħek jekk għandikx bżonn tmur lura pajjiżek biex tapplika għal din l-awtorizzazzjoni l-ġdida jew tistax tapplika minn hemm stess.
Meta tasal fil-pajjiż il-ġdid, se jkollok bżonn:
Inti mħeġġeġ li tikseb aktar tagħrif dwar drittijietek u dmirijietek bħala persuna li qed tfittex xogħol fil-pajjiż il-ġdid tiegħek. Jista' jkun li dawn ikunu differenti ħafna minn kif kienu fil-pajjiż li fih spiċċajt bla xogħol.
Imbagħad inti se tkun imħallas l-istess ammont bħal qabel, direttament fil-kont tal-bank tiegħek fil-pajjiż fejn inti sirt qiegħed.
Jekk tixtieq iżżomm l-intitolament tiegħek għall-benefiċċji tal-qgħad, kun ċert li tmur lura lejn il-pajjiż li qed iħallas il-benefiċċji tal-qgħad tiegħek qabel jew fil-ġurnata li fiha jiskadilek l-intitolament.
Jekk jogħġbok innota li jekk inti ġej mir-Rumanija jew mill-Bulgarija, jista' jkun hemm xi regoli li jillimitaw temporanjament id-drittijiet tiegħek għax-xogħol f'xi pajjiżi oħra tal-UE.

Jekk tixtieq tibqa' barra pajjiżek għal aktar minn tliet xhur, se jkollok bżonn tapplika għal estensjoni mis-servizzi nazzjonali tal-impjieg tal-pajjiż fejn inti spiċċajt bla xogħol, u tispjega għalfejn għandek bżonnha. Huwa importanti li tikkonvinċihom li għandek ċans reali li tikseb impjieg fil-pajjiż li qed jospitak. Inkella, hemm iċ-ċans li jirrifjutawlek l-għotja ta' estensjoni.
Applika għall-estensjoni malajr kemm jista' jkun. Inti għandek tapplika għall-estensjoni qabel ma jagħlaq iż-żmien tal-ewwel tliet xhur.
Meta tfittex xogħol barra pajjiżek, għandek l-istess drittijiet daqs iċ-ċittadini tal-pajjiż li qed jospitak f'dak li għandu x'jaqsam ma':
Jista' jkun li l-pajjiż il-ġdid tiegħek jistenna sakemm inti tistabbilixxi rabta ġenwina mas-suq tal-impjiegi lokali qabel ma jagħtik xi tip ta' appoġġ finanzjarju biex jgħinek issib xogħol — bħas-self b'interess baxx għall-persuni qiegħda li se jibdew in-negozju tagħhom. Li tkun fil-pajjiż u tkun qed tfittex xogħol għal perjodu raġonevoli ta' żmien jista' jitqies bħala rabta ġenwina.
Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?
F'dan il-każ, is-27 Stat Membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera.