Mogħdija tan-navigazzjoni
Meta tirreġistra għal 4 ġimgħat, tista' tapplika għal formola U2 mill-pajjiż li fih spiċċajt bla xogħol. Din il-formola tawtorizzak biex tkompli tingħata l-benefiċċju tal-qgħad waqt li tkun qed tfittex impjieg barra pajjiżek. Meta jkollok il-formola, agħtiha lis-servizzi nazzjonali tal-impjiegi fil-pajjiż ġdid tiegħek.
Meta tasal fil-pajjiż il-ġdid, irreġistra biex turi li lest li taħdem mas-servizz lokali tal-impjiegi. Evita li titlef kwalunkwe benefiċċju, agħmel dan fi żmien 7 ijiem mid-data li fiha tkun għarraft li ma għadekx disponibbli biex taħdem lis-servizzi tal-impjiegi fil-pajjiż li tkun tlaqt minnu.
Biex tiżgura li ma titlef l-ebda benefiċċji tal-qgħad, għandek tapplika għal estensjoni malajr kemm jista' jkun possibbli. Jeħtieġlek tapplika qabel ma jgħaddu l-ewwel 3 xhur.
IVA — fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, iżda l-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Islanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Liechtenstein, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, in-Norveġja, l-Isvizzera u r-Renju Unit għadhom japplikaw restrizzjonijiet fuq iċ-ċittadini Bulgari u Rumeni. Spanja rrestrinġiet is-suq tax-xogħol tagħha għall-ħaddiema Rumeni sal-31 ta' Diċembru 2012.
Ir-restrizzjonijiet kollha għandhom jitneħħew sal-31 ta' Diċembru 2013 (it-3 ta' Mejju 2016 għall-Isvizzera).
Dawn ir-restrizzjonijiet kultant jaffettwaw il-kapaċità tiegħek li tittrasferixxi l-benefiċċji tal-qgħad lejn dawn il-pajjiżi. Jekk tixtieq tfittex xogħol hemm, iċċekkja l-ewwel ma' konsulent dwar l-impjiegi Ewropej
biex tkun taf liema restrizzjonijiet japplikaw.
IVA — Bħala ċittadin tal-UE, għandek l-istess drittijiet bħaċ-ċittadini tar-Renju Unit biex issib xogħol u biex tingħata għajnuna mill-uffiċċju tal-impjiegi tar-Renju Unit.