Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2012
Jekk qed tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad mill-pajjiż li fih spiċċajt bla xogħol, id-drittijiet (bħall-assigurazzjoni tas-saħħa, l-allowance tal-familja, l-invalidità jew id-drittijiet għall-pensjoni tax-xjuħ) tiegħek (jew tal-familja tiegħek) mhux se jiġu affettwati jekk tmur tfittex xogħol barra.
Sabiex tiżgura li inti u l-familja tiegħek tkunu mħarsa bl-assigurazzjoni tas-saħħa waqt li tkunu barra pajjiżkom temporanjament, tinsewx il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Ewropea
.
Meta mbagħad issib xogħol, jidħlu fis-seħħ regoli differenti dwar is-sigurtà soċjali.
Ikseb informazzjoni dwar is-sistemi tas-sigurtà soċjali nazzjonali
.
Jekk m'int qed tirċievi l-ebda benefiċċji tal-qgħad u tixtieq tfittex xogħol f'pajjiż ieħor tal-UE, inti tkun intitolat għall-kopertura prevista mis-sigurtà soċjali (assigurazzjoni tas-saħħa, allowance tal-familja, eċċ...) fil-pajjiż ta' residenza tiegħek.
Il-pajjiż ta' residenza tiegħek huwa l-pajjiż fejn inti tgħix jew fejn jinsab iċ-ċentru tal-interess tiegħek. Hemm lista ta' kriterji li tgħin lill-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali jagħrfu liema pajjiż għandu jiġi kkunsidrat bħala l-post ta' residenza. Dawn il-kriterji jinkludu:
Id-deċiżjoni dwar liema pajjiż għandu jitqies bħala l-post ta' residenza tiegħek issir mill-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali u mhux minnek.
Anki jekk m'għandikx biżżejjed riżorsi biex issostni lilek innifsek jew lil familtek, ħadd ma jista' jisfurzak biex titlaq il-pajjiż il-ġdid tiegħek diment li jkollok il-provi li juru li għadek qed tfittex xogħol u li għandek ċans tajjeb li ssib wieħed.
Żomm kopji tal-applikazzjonijiet għax-xogħol, l-inviti għall-intervisti u kull tweġiba li għandha x'taqsam mal-applikazzjonijiet tiegħek.
Skont il-liġi tal-UE, il-pajjiż il-ġdid tiegħek mhuwiex obbligat li jagħti appoġġ ta' dħul jew xi tip ta' assistenza soċjali oħra lil min qed ifittex xogħol għall-ewwel darba f'dak il-pajjiż.
Bjorn huwa Ġermaniż li kien qed jitlob il-benefiċċji tal-qgħad Ġermaniżi tiegħu fil-Belġju. Meta l-formola U2 (dik li qabel kienet il-formola E 303) tiegħu skadiet, Bjorn iddeċieda li jibqa' l-Belġju u applika għall-benefiċċji tal-qgħad hemmhekk, iżda l-applikazzjoni tiegħu ma ġietx aċċettata.
Skont il-liġi Belġjana, Bjorn mhux intitolat għall-benefiċċji tal-qgħad fil-Belġju għaliex hu qatt ma ħadem hemm. Il-liġi tal-UE ma tobbligax lill-pajjiżi tal-UE biex jagħtu appoġġ ta' dħul jew xi tip ta' assistenza soċjali oħra lil min qed ifittex xogħol għall-ewwel darba f'dak il-pajjiż. Li jista' jagħmel hu li jsaqsi l-awtoritajiet lokali jekk hux intitolat għal appoġġ skont ir-regoli nazzjonali.
Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?
F'dan il-każ, is-27 Stat Membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera.