Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2012
Jekk tixtieq tmur taħdem f'pajjiż ieħor, x'aktarx ikollok bżonn rikonoxximent uffiċjali tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek, jekk il-professjoni tiegħek hija regolata f'dak il-pajjiż.
Din it-taqsima tgħidlek x'għandek tagħmel biex il-kwalifiki professjonali tiegħek jiġu rikonoxxuti sabiex tkun tista'
taħdem
barra pajjiżek. Dan ma jgħoddx għalik jekk inti trid
tistudja
barra pajjiżek. Sabiex tikseb informazzjoni dwar x'għandek tagħmel biex id-diplomi tiegħek jiġu rikonoxxuti għal skopijiet akkademiċi, ikkuntattja ċ-ċentri NARIC
English.
Meta tapplika sabiex il-kwalifiki tiegħek jiġu rikonoxxuti, l-awtoritajiet għandhom xahar biex jikkonfermaw li rċevew l-applikazzoni tiegħek u jitolbuk xi dokumenti li jkollhom bżonn.
Huma jridu jieħdu deċiżjoni fi żmien 4 xhur mid-data li fiha rċevew l-applikazzjoni kompluta tiegħek. F'każ li jirrifjutaw l-applikazzjoni tiegħek, għandhom jispjegawlek għalfejn.
Jekk ma jiħdux deċiżjoni fil-limitu taż-żmien, tista' tieħu l-każ tiegħek quddiem il-qrati nazzjonali. Tista' wkoll iċċempel lis-servizzi ta' għajnuna
tagħna jew lill-punti ta' kuntatt nazzjonali għall-kwalifiki professjonali
English.
L-awtoritajiet jistgħu jitolbu kopji awtentikati (biex ikollhom prova li d-dokumenti huma ġenwini) u/jew traduzzjonijiet awtentikati ta' xi dokumenti ewlenin għall-applikazzjoni tiegħek, bħaċ-ċertifikati li jagħtu prova tal-kwalifiki tiegħek. (It-traduzzjonijiet awtentikati jiġu b'garanzija ta' preċiżjoni minn traduttur reġistrat.)
Iżda jridu jaċċettaw it-traduzzjonijiet awtentikati minn pajjiżi oħra tal-UE, u ma jistgħux jitolbu traduzzjonijiet awtentikati ta':
Katarina hija spiżjara Slovakka li trid tmur taħdem l-Awstrija. L-awtoritajiet Awstrijaċi jitolbuha li d-dokumentazzjoni kollha ta' appoġġ għall-applikazzjoni tagħha tkun tradotta minn traduttur ġuramentat.
Katarina mhijiex meħtieġa li tipprovdi traduzzjonijiet ċertifikati tad-diplomi tagħha. Għal ħafna kategoriji ta' diplomi — tobba, infermiera ġenerali, qabla (midwife), kirurgi veterinarji, kirurgi tas-snien, spiżjara, periti — it-traduzzjonijiet awtentikati mhumhiex meħtieġa.
Hemm iċ-ċans li l-pajjiż il-ġdid tiegħek jitolbok turi li diġà għandek xi għarfien tal-lingwa tagħhom.
Kull ħtieġa ta' lingwa għandha jkollha skop wieħed — li tiżgura li inti taf biżżejjed biex tkun tista' taħdem fil-professjoni magħżula tiegħek fil-pajjiż il-ġdid tiegħek.
Ladarba l-kwalifiki tiegħek jiġu rikonoxxuti, l-awtoritajiet iridu jħalluk tuża t-titolu akkademiku li kellek fil-pajjiż ta' appartenenza tiegħek, u possibilment tintuża kemm il-forma mqassra, kif ukoll it-titolu professjonali fil-pajjiż il-ġdid tiegħek.
Jekk il-professjoni tiegħek hija regolata minn assoċjazzjoni jew organizzazzjoni fil-pajjiż fejn tixtieq taħdem, se jkollok issir membru qabel ma tkun tista' tuża t-titolu professjonali.
Qabel ma tapplika sabiex ikollok ir-rikonoxximent tal-kwalifiki tiegħek, aqra l-Gwida għall-użu dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali
[405 KB]
Deutsch
English
español
français
italiano
polski
mill-Kummissjoni tal-UE.
Jekk inti fiżjoterapista, tista' ssir taf liema dokumenti u formalitajiet huma meħtieġa mill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiż fejn tixtieq taħdem:
en
enfr
daen
deenfrnl
bgen
en
en
elen
en
en
enlt
deenfr
ennl
enpl
en
en
en
csen
en
en
ensl
deen
enet
en
en
en
en
enhu
en
enes
deenfrit
Aħna qed naħdmu sabiex inwessgħu s-servizz offrut mill-fiżjoterapisti għal professjonijiet oħra. Sadattant, il-bażi tad-dejta tal-professjonijiet regolati
English jista' jgħinek issir taf liema professjonijiet huma regolati f'liema pajjiżi u minn liema awtoritajiet. Jekk trid taħdem bħala furnar fil-Ġermanja, iklikkja fuq "Bäcker (DE)”. Inti meħtieġ tkun taf l-isem tal-impjieg fil-lingwa tal-lokal.
Jekk ma ssibx il-professjoni tiegħek fil-bażi tad-dejta u tixtieq tkun taf jekk hiex regolata fil-pajjiż fejn tixtieq taħdem, tista' tikkuntattja l-punti ta' kuntatt nazzjonali għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali
English f'dak il-pajjiż. Huma jistgħu jgħinuk ukoll sabiex issir taf liema hija l-awtorità kompetenti u liema huma d-dokumenti li għandek bżonn tibgħat.
Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?