Mogħdija tan-navigazzjoni

FAQ – Il-kwalifiki għall-impjieg

  • Il-professjoni tiegħi mhix regolata f'pajjiżi. Nista' neżerċita din il-professjoni f'pajjiż fejn hi regolata?

    Jekk la l-professjoni tiegħek u lanqas it-taħriġ għaliha mhuma regolati f'pajjiżek, tista' tintalab tipprova li eżerċitajt il-professjoni tiegħek għal tal-anqas dawn l-aħħar sentejn matul l-aħħar 10 snin qabel ma tkun tista' tistabbilixxi ruħek f'pajjiż ieħor jew anki tipprovdi servizzi fih fuq bażi temporanja.

  • Fejn għandi napplika biex nakkwista l-għarfien tal-kwalifiki tiegħi f'pajjiż ieħor tal-UE?

    Biex tkun taf liema awtorità hi responsabbli għall-professjoni tiegħek, tista' tikkuntattja lill-punti ta' kuntatt nazzjonali rilevanti għall-għarfien tal-kwalifiki professjonali English.

  • Jien Awstrijak u spiċċajt it-taħriġ vokazzjonali ta' "masseur" fil-Belġju. Nista' nipprattika l-professjoni ta' fiżjoterapista fil-Portugall?

    L-ewwel, jeħtieġlek tiċċekkja jekk il-professjoni ta' "masseur" hix l-istess professjoni li tixtieq tipprattika fil-Portugall (dik ta' fiżjoterapista). Nissuġġerixxulek li tikkuntattja l-punt ta' kuntatt Portugiż għall-għarfien tal-kwalifiki professjonali English biex issir taf dwar dan. Il-punt ta' kuntatt Belġjan għall-għarfien tal-kwalifiki professjonali English jista' jikkjarifika wkoll jekk il-kwalifiki tat-taħriġ tiegħek jissodisfawx ir-rekwiżiti Portugiżi.

    Kun af aktar dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għall-eżerċitar tal-professjoni ta' fiżjoterapista fil-Portugall English (en) .

  • X'jiġri jekk il-professjoni li nixtieq neżerċita fil-Finlandja mhix regolata hemm: nista' sempliċement immur hemm u naħdem mingħajr ma jkolli għalfejn napplika għall-għarfien tal-kwalifiki Estonjani tiegħi?

    IVA — Tista' teżerċita xogħlok fil-Finlandja bl-istess kundizzjonijiet li jagħmlu l-Finlandiżi. Madankollu, filwaqt li l-professjoni tiegħek tista' ma tkunx regolata bħala tali fil-Finlandja, hi tista' ma tkunx professjoni indipendenti iżda tagħmel parti minn professjoni li hi regolata. Iċċekkja mal-punt ta' kuntatt Finlandiż għall-għarfien tal-kwalifiki professjonali jekk il-professjoni tiegħek hix regolata fil-Finlandja.

  • Jiena mgħallem tas-sengħa Ġermaniż u nixtieq nestendi n-negozju tiegħi fl-Isvizzera. Ir-regoli tal-UE dwar l-għarfien tal-kwalifiki professjonali japplikaw?

    IVA — Dawn japplikaw b'estensjoni lill-pajjiżi li mhumiex fl-UE taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja) flimkien mal-Isvizzera. Madankollu, jeżistu regoli speċjali għall-Isvizzera. Biex issir taf dwar dawn ir-regoli, ikkuntattja l-punt ta' kuntatt għall-għarfien tal-kwalifiki professjonali.

  • Jien Taljan. Jien iggradwajt bħala tabib fl-Arġentina u wara bdejt neżerċita fi Spanja. Nista' nipprattika l-mediċina fl-Italja skont ir-regoli tal-UE?

    Ir-regoli tal-UE jikkonċernaw biss l-għarfien tal-kwalifiki maħruġin mill-pajjiżi tal-UE – b'xi regoli speċjali wkoll għall-Isvizzera. L-għarfien ta' Spanja tal-kwalifiki Arġentini tiegħek ma jorbtux lill-Italja sakemm ma tkunx ilek tipprattika tal-anqas 3 snin fi Spanja qabel ma tfittex għarfien fl-Italja.

  • Billi l-kwalifiki professjonali huma aċċettati fl-UE, ċertament ma għandix napplika biex ningħata għarfien jekk nixtieq neżerċita l-professjoni tiegħi f'pajjiż ieħor tal-UE?

    IVA [mdash] Ikollok terġa' tapplika fil-pajjiż l-ieħor. L-għarfien reċiproku tal-kwalifiki hu prinċipju ġenerali u jeżistu differenzi dwar kif dan japplika fil-prattika – pereżempju xi ftit jew wisq b'mod awtomatiku – dan jiddependi fuq il-professjoni kkonċernata. Ikun xi jkun il-każ meħtieġ li tapplika għall-għarfien.

  • Jien majjistra Rumena u qed napplika biex jingħatali għarfien tal-kwalifiki tiegħi fi Franza. X'dokumenti għandi nissottometti?

    L-awtoritajiet Franċiżi jeħtiġilhom prova tan-nazzjonalità tiegħek, u possibbilment ta' dokumenti oħrajn ukoll li meħtieġa minn dawk li għandhom il-kwalifiki Franċiżi bħala majjistra. F'każ ta' dubji ġustifikati huma jkunu jistgħu jirrikjedu ċertifikat ta' konformità maħruġ mill-awtoritajiet Rumeni, li jiċċertifika li l-kwalifika tiegħek hi dik koperta fid-direttiva rilevanti. Jekk l-isem tal-kwalifika tiegħek ma jikkorrispondix, ikun ukoll jeħtiġilhom ċertifikat ta' bdil ta' isem. Tista' tiġi wkoll mistoqsija biex tippreżenta ċertifikat li juri tal-anqas sena waħda ta' esperjenza professjonali – sentejn f'ċerti ċirkostanzi.

  • Għaddew tliet xhur mindu ppreżentajt l-applikazzjoni tiegħi għall-għarfien tal-kwalifiki tiegħi fi Spanja u għadni ma ħadtx tweġiba mingħandhom. Din xi ħaġa normali?

    LE — L-awtoritajiet kompetenti Spanjoli għandhom jikkonfermaw li waslitilhom l-applikazzjoni tiegħek fi żmien xahar u jinformawk fl-istess waqt bid-dokumenti mitlufin. Imbagħad għandhom jieħdu deċiżjoni ġustifikata dwar l-applikazzjoni tiegħek mhux aktar tard minn 4 xhur wara. Jekk dan il-limitu ta' żmien mhux rispettat, tkun tista' ssejjaħ lis-servizzi ta' assistenza tal-UE.

  • F'pajjiżi, il-Belġju, il-professjoni tiegħi mhix regolata. Nista' neżerċita din il-professjoni fi Franza fejn hi regolata?

    Jekk la l-professjoni  tiegħek u lanqas it-taħriġ għaliha mhuma regolati fil-Belġju, tista' tintalab tipprova li eżerċitajt il-professjoni tiegħek għal tal-anqas dawn l-aħħar sentejn matul l-aħħar 10 snin qabel ma tkun tista' tistabbilixxi ruħek, jew anki li tipprovdi servizzi fuq bażi temporanja, fi Franza. Il-karti tal-paga jew dikjarazzjonijiet minn min ħaddmek għandhom jiġu aċċettati, sakemm dawn juru b'mod ċar l-attività professjonali tiegħek.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?