Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 21/10/2016

work

Trasferiment ta' benefiċċji tal-qgħad

B'mod ġenerali, biex tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad teħtieġ li tkun tgħix fil-pajjiż li jħallas il-benefiċċji tiegħek. Madankollu, skont ċerti kundizzjonijiet inti tista' tmur f' pajjiż ieħor tal-UE biex tifttex xogħol u tkompli tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad tiegħek mill-pajjiż li fih spiċċajt bla xogħol.

Meta tgħix għal 3 xhur barra pajjiżek

Tista' tkompli tieħu l-benefiċċji tal-qgħad għal tal-inqas 3 xhur mill-pajjiż tal-UE fejn kont qed taħdem l-aħħar - u sa mhux aktar minn 6 xhur, skont l-istituzzjoni li qed tħallas il-benefiċċji tiegħek.

Tista' tagħmel dan biss jekk inti:

  • totalment bla xogħol (mhux parzjalment jew minn żmien għal ieħor) u
  • intitolat li tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad fil-pajjiż li fih spiċċajt bla xogħol.

Qabel titlaq, trid tkun:

  • reġistrat bħala persuna qiegħda u li qed tfittex xogħol mas-servizzi tal-impjieg fil-pajjiż li fih spiċċjat bla xogħol għal ta' lanqas 4 ġimgħat (jistgħu jsiru xi eċċezzjonijiet)
  • applikajt għand is-servizzi nazzjonali tal-impjieg tiegħek għal formola U2 (dik li qabel kienet E 303) - awtorizzazzjoni biex tesporta l-benefiċċji tal-qgħad.

Din l-awtorizzazzjoni hija valida għal pajjiż wieħed biss. Jekk tixtieq tesporta l-benefiċċji tal-qgħad tiegħek lejn pajjiż ieħor, għandek bżonn tapplika għal formola U2 oħra. Staqsi fiċ-ċentru tal-impjiegi tiegħek jekk għandikx bżonn tmur lura pajjiżek biex tapplika għal din l-awtorizzazzjoni l-ġdida jew jekk tistax tapplika minn hemm stess.

Meta tasal fil-pajjiż il-ġdid, se jkollok bżonn:

  • tirreġistra bħala persuna li qed tfittex xogħol mas- servizzi nazzjonali tal-impjieg fi żmien sebat ijiem mid-data li fiha ma bqajtx disponibbli għas-servizzi tal-impjieg fil-pajjiż li ħallejt.
  • tissottometti l-formola U2 tiegħek (dik li qabel kienet E 303) meta tirreġistra
  • taqbel ma' kull verifika magħmula dwar it-talba għall-benefiċċji tal-qgħad fil-pajjiż il-ġdid tiegħek, daqs li kieku inti qed tirċevi l-benefiċċji tal-qgħad hemm.

Inti mħeġġeġ li tikseb aktar tagħrif dwar drittijietek u dmirijietek bħala persuna li qed tfittex xogħol fil-pajjiż il-ġdid tiegħek. Jista' jkun li dawn ikunu differenti ħafna minn kif kienu fil-pajjiż li fih spiċċajt bla xogħol.

Imbagħad l-istess ammont bħal qabel se jitħallas direttament fil-kont tal-bank tiegħek fil-pajjiż fejn inti spiċċajt bla xogħol.

Jekk tixtieq iżżomm l-intitolament tiegħek għall-benefiċċji tal-qgħad, kun ċert li tmur lura lejn il-pajjiż li qed iħallas il-benefiċċji tal-qgħad tiegħek qabel jew fil-ġurnata li fiha jiskadilek l-intitolament.

Jekk jogħġbok innota li jekk inti ġej mill-Kroazja, jista' jkun hemm xi regoli li jilimtaw temporanjament id-drittijiet tiegħek għax-xogħol f'xi pajjiżi oħra tal-UE.

Meta tgħix barra pajjiżek għal aktar minn tliet xhur

Jekk tixtieq tibqa' barra pajjiżek għal aktar minn tliet xhur, ikollok tapplika għal estensjoni mis-servizzi nazzjonali tal-impjieg tal-pajjiż fejn inti spiċċajt bla xogħol: huma jistgħu jestendu l-perjodu ta' 3 xhur sa 6 xhur.

Mhux il-pajjiżi kollha jagħtu estensjonijiet. Staqsi s-servizz tal-impjiegi pubbliċi f'pajjiżek jekk, u b'liema kundizzjonijiet, tista' tingħata estensjoni.

Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li jagħtu estensjonijiet jkollhom kriterji ċari għall-valutazzjoni ta' talbiet. Dawn jistgħu, pereżempju, jitolbuk:

  • prova ta' kull sforz li għamilt biex issib xogħol matul l-ewwel 3 xhur
  • prova li għandek ċans aħjar li ssib xogħol barra minn pajjiżek matul il-perjodu estiż
  • informazzjoni dwar opportunitajiet ta' impjieg fis-suq tax-xogħol tal-pajjiż li qed jospitak.

Applika għall-estensjoni malajr kemm jista' jkun. Għandek tapplika qabel ma jagħlaq iż-żmien tal-ewwel 3 xhur.

Trattament ugwali

Meta tfittex xogħol barra pajjiżek, għandek l-istess drittijiet daqs iċ-ċittadini tal-pajjiż li qed jospitak f'dak li għandu x'jaqsam ma':

  • aċċess għax-xogħol
  • appoġġ mis-servizzi tal-impjieg
  • appoġġ finanzjarju li jgħinnek issib xogħol

Jista' jkun li l-pajjiż il-ġdid tiegħek jistenna sakemm inti tistabbilixxi rabta ġenwina mas-suq tal-impjiegi lokali qabel ma jagħtik xi tip ta' appoġġ finanzjarju biex jgħinek issib xogħol — bħas-self b'interess baxx għall-persuni qiegħda li se jibdew in-negozju tagħhom. Li tkun fil-pajjiż u tkun qed tfittex xogħol għal perjodu raġonevoli ta' żmien jista' jitqies bħala rabta ġenwina.

Leġiżlazzjoni tal-UE
Konsultazzjonijiet pubbliċi
Qed tfittex xogħol f'pajjiż ieħor?
Ibda billi tfittex hawn - opportunità ta' xogħol
Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
Sib għajnuna u pariri

F'dan il-każ, is-28 Stat Membru tal-UE + l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera.

Retour au texte en cours.