Mogħdija tan-navigazzjoni

FAQ – Jekk ma ssibx xogħol

  • Jekk ma jirnexxilix insib impjieg fil-pajjiż l-ieħor u nirritorna lura f'pajjiżi qabel iż-żmien li ddikjarajt fil-formola U2 tiegħi (jew il-formola E 303), nista' nfittex f'pajjiż differenti?

    IVA — Tista' tapplika għal formola U2 ġdida biex tkompli tingħata l-benefiċċji tal-qgħad (Staqsi liċ-ċentru tal-impjiegi li ħariġlek il-formola U2 oriġinali jekk għandekx tmur lura f'pajjiżek biex tapplika biex tingħata din l-awtorizzazzjoni ġdida jew jekk tistax tagħmilha minn xi mkien aktar 'il bogħod).

    Il-perjodu kollu li fih tkun għext barra pajjiżek (jiġifieri fil-pajjiżi kollha fejn int tfittex għax-xogħol waqt li tkun qed tingħata l-benefiċċji tal-qgħad) ma jistgħux jaqbżu 3 xhur (b'estensjoni possibbli sa 6 xhur, jekk l-awtorità li qed tħallaslek il-benefiċċji taqbel li tagħmel dan).

  • Kemm nista' ndum f'pajjiż ieħor biex inkun nista' nfittex impjieg fih?

    It-tweġiba għal din il-mistoqsija tinqasam fi tnejn:

    Id-dritt tiegħek li toqgħod f'pajjiż ieħor tal-UE

    Bħala persuna mhix impjegata li qed tfittex ix-xogħol, int tista' toqgħod fil-pajjiż l-ieħor sakemm tkun tista' tagħti evidenza li qed tifittex impjieg u li għandek ċans tajjeb li ssib wieħed [mdash] kopji ta' applikazzjonijiet għal impjieg, stediniet għal intervisti, reazzjonijiet pożittivi għall-applikazzjonijiet tiegħek, pereżempju. Dan hu l-każ anki jekk ma għandekx dħul ta' flus ieħor jew ma għadekx tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad.

    Jekk tieħu s-sensja meta tkun qed tgħix f'pajjiż ieħor, int xorta waħda għandek dritt li tgħix hemm u li jkollok l-istess benefiċċji bħaċ-ċittadini jekk int:

    • ma tistax taħdem temporanjament minħabba mard jew aċċident
    • reġistrat mal-uffiċċju tal-impjieg rilevanti li tinsab bla xogħol b'mod involontarju wara li:
      • kont impjegat għal aktar minn sena [mdash] jew
      • kont impjegat għal inqas minn sena (f'dan il-każ, iżżomm id-dritt għal trattament ugwali bħaċ-ċittadini għal mhux inqas minn 6 xhur)
    • se tibda taħriġ vokazzjonali (jekk ma tkunx bla xogħol b'mod involuntarju, it-taħriġ irid ikun marbut mal-aħħar impjieg tiegħek).

    Id-dritt tiegħek li tkompli tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad meta tkun tgħix barra pajjiżek

    Tista' tkompli tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad waqt li tkun qed tifittex xogħol f'pajjiż ieħor għal 3 xhur. Tingħata l-istess ammont ta' flus direttament fil-kont tal-bank tiegħek fil-pajjiż fejn issib lilek innifsek bla xogħol. Jekk trid toqgħod aktar minn 3 xhur, tista' tapplika għal estensjoni ta' 3 xhur. Għandek tapplika b'mod dirett mas-servizzi nazzjonali tal-impjiegi English (en) fil-pajjiż fejn int spiċċajt bla xogħol.

    L-awtoritajiet nazzjonali mhumiex obbligati li jagħtu estensjoni. Huma għandhom jiddeċiedu skont iċ-ċirkostanzi personali tiegħek. Ċerti awtoritajiet qed jagħtu estensjonijiet biss f'każijiet eċċezzjonali — pereżempju jekk kont marid jew kellek aċċident matul l-ewwel tliet xhur. Oħrajn jeħtiġilhom aktar prova jekk int qed tfittex b'ħeġġa biex issib xogħol barra pajjiżek (kopji tal-applikazzjonijiet għal impjieg, pereżempju).

  • Meta nilmenta dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol li jidhru fil-liġi Awstrijaka, is-sidien Awstrijaċi tiegħi jgħiduli li l-ħaddiema Rumeni japplikaw għalihom regoli differenti. Għandhom raġun?

    Le — Xejn affattu. Int soġġett għal restrizzjonijiet temporanji biex jingħatalek aċċess għas-suq Awstrijak tax-xogħol, iżda dan ma jaffettwa ebda dritt tiegħek bħala ċittadin tal-UE, inkluż id-dritt li tiġi ttrattat bl-istess mod bħall-ħaddiema lokali.

    Jekk dawk li jħaddmuk jibqgħu jippersistu b'din l-attitudni, irrapportahom lill-awtoritajiet tax-xogħol Awstrijaċi.

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE / Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika