Mogħdija tan-navigazzjoni

Ħaddiema li jgħixu f'pajjiż u jaħdmu f'ieħor

Aġġornat : 12/2012

Drittijiet relatati max-xogħol

Trattament indaqs

Fejn taħdem — Bħala ħaddiem li tgħix f'pajjiż u taħdem f'ieħor (impjegat jew għal rasek) għandek id-dritt li tiġi trattat bħall-kollegi li huma ċittadini tal-pajjiż fejn taħdem. Dan ikopri:

  • benefiċċji bażiċi — benefiċċji tal-mard, benefiċċji tal-maternità u l-paternità, invalidità, pensjonijiet tax-xjuħija u tas-superstiti, assikurazzjoni kontra aċċidenti fuq ix-xogħol u mard relatat max-xogħol, irtirar kmieni u benefiċċji tal-familja
  • benefiċċji supplimentari mogħtija lill-ħaddiema l-oħra fil-pajjiż fejn taħdem — miżati mnaqqsa tal-ferrovija, pensjoni supplimentari, għotjiet għall-edukazzjoni, aċċess għall-istituzzjonijiet edukattivi, benefiċċji tal-qgħad meta wliedek ikunu qed ifittxu l-ewwel xogħol tagħhom jew kards għall-parking għall-persuni b'diżabbiltà.

Fejn tgħix — Int jew m'intix ċittadini tal-pajjiż fejn tgħix, għandek id-dritt li tgħix hemm anke jekk tmur taħdem fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera, peress li tiġi meqjus li għandek biżżejjed mezzi biex tmantni lilek innifsek.

Il-liġijiet ta' liema pajjiż japplikaw?

Fil-ħajja ta' kuljum, inti suġġett għal-liġijet taż-żewġ pajjiżi.

Il-liġijiet fejn taħdem ikopru:

  • l-impjieg u xi taxxi
  • il-biċċa l-kbira tad-drittijiet tas-sigurtà.

Il-liġijiet fejn tgħix ikopru:

  • it-taxxi fuq il-proprjetà u l-biċċa l-kbir tat-taxxi l-oħra
  • il-formalitajiet tar-residenza.

Storja bħala eżempju

Kun ċert li ma titlifx flus meta tmur tgħix f'pajjiż ieħor

Evelien mill-Pajjiżi l-Baxxi ħadmet il-Ġermanja waqt li baqgħet tgħix fil-Pajjiżi l-Baxxi għal 10 snin.  Matul dak iż-żmien, iddeċidiet li tagħmel skema ta' pensjoni privata fil-Ġermanja u kisbet bonus ta' qligħ għall-pensjoni mill-awtoritajiet Ġermaniżi.

Meta rtirat, l-awtoritajiet Ġermaniżi talbuha tħallas lura l-bonusijiet kollha tal-qligħ għall-pensjoni li tawha matul l-aħħar 10 snin. Qalulha li dan ġara minħabba li hi waqfet tħallas it-taxxi fil-Ġermanja. Iżda hekk kif Evelien waqfet taħdem il-Ġermanja, kellha tħallas it-taxxi fil-pajjiż ta' residenza tagħha, il-Pajjiżi l-Baxxi.

Evelien tellgħet il-każ quddiem il-qrati Ġermaniżi. Qablu li, bħala ħaddiema li tgħix f'pajjiż u taħdem f'ieħor, kienet intitolata għall-bonus, li jgħodd bħala benefiċċju supplimentari. Evelien ma kelliex tħallas lura l-bonus.

Jekk tiġi rifjutat benefiċċji supplimentari mogħtija lill-ħaddiema fil-pajjiż fejn taħdem, ikkuntattja konsulent Ewropew għall-impjiegi jew is-servizzi ta' informazzjoni u għajnuna tagħna.

Storja bħala eżempju

Benefiċċji li int intitolat għalihom fil-pajjiż fejn taħdem

Rosita tgħix l-Italja mar-raġel tagħha u 3 itfal, iżda taħdem fi Franza. Applikat għal abbonament bi prezz imnaqqas tal-ferrovija għall-familji numerużi, iżda ma kisbitux peress li la hi u lanqas ulieda ma jgħixu Franza.

Rosita għandha tinsisti u, jekk meħtieġ, tfittex l-għajnuna mis-servizzi ta' għajnuna tal-UE. Il-ħaddiema kollha tal-UE b'familji numerużi (f'ħafna mill-pajjiżi dan ifisser 3 itfal jew iktar) huma intitolati għal ivvjaġġar imraħħas tal-ferrovija fejn jaħdmu mill-jum meta jibdew jaħdmujekk dan it-tip ta' roħs jeżisti għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Ara wkoll:

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?