Mogħdija tan-navigazzjoni
LE — Ir-regoli tal-UE jiżguraw li jkollok dritt għall-benefiċċji tal-mard mill-bidu tal-perjodu ta' assigurazzjoni fil-pajjiż ġdid tiegħek li qed taħdem fih jekk qabel kont kopert għal 6 xhur jew iktar f'pajjiż ieħor tal-UE.
Aktar tagħrif dwar:
Dan jiddependi jekk tgħix u taħdimx fiż-żona tal-ewro, i.e. il-grupp tal-pajjiżi li adottaw l-ewro bħala l-munita tagħhom.
Jekk iż-żewġ pajjiżi ta' residenza u fejn taħdem jinsabu fiż-Żona tal-ewro :
LE — Min iħaddmek kulma jeħtieġlu biex ikun jista' jittrasferixxi s-salajru tiegħek — bla ebda spejjeż addizzjonali — hu n-numru IBAN u BIC tal-kont tal-bank tiegħek. Il-banek ma jistgħux jitolbu miżati ogħla għal trasferimenti internazzjonali f'ewro minn trasferimenti nazzjonali. Jekk it-trasferiment bejn il-fruntieri jaqbez il-limitu ta' €50,000, il-bank jista' jitlob ħlas.
Jekk tgħix jew taħdem f'pajjiż barra ż-Żona tal-ewro:
IVA — Jista' jkun leġittmu għal min iħaddmek li jobbligak li jkollok kont bankarju lokali jekk ikun jista' juri li se jiswielu aktar biex jittrasferixxi s-salarju tiegħek barra l-pajjiż.
Aktar tagħrif dwar:
IVA — Jekk titlob pensjoni tal-invalidità, kull pajjiż li jkollu jħallsek pensjoni tal-invalidità jista' jeżaminak. Hu possibbli li pajjiż wieħed jikkunsidrak 70% inkapaċitat filwaqt li pajjiż ieħor jista' jikkunsidra li int tajjeb biex taħdem.
Aktar tagħrif dwar:
Importanti li tkun taf minn qabel x'se tkun is-sitwazzjoni tiegħek jekk tibdel id-data meta tressaq it-talba tiegħek għall-pensjoni.
Jekk tieħu xi pensjoni qabel oħra, tista' taffettwa l-ammonti li tirċievi.
Għandek tfittex parir mill- awtorità tal-pensjoni fil-pajjiż fejn taħdem.
Aktar tagħrif dwar: