Mogħdija tan-navigazzjoni
Jekk żewġek/martek jew il-partner tiegħek — il-ġenitur l-ieħor ta' wliedek — j/taħdem f'pajjiżek, għandek dritt għall-benefiċċji tat-tfal fih. Jekk l-ammont ta' benefiċċji simili fil-pajjiż li taħdem fih huma ogħla, il-pajjiż li taħdem fih għandu jħallas suppliment li jagħmel tajjeb għad-differenza bejn iż-żewġ benefiċċji.
Jekk żewġek/martek jew il-partner tiegħek — il-ġenitur l-ieħor ta' wliedek — j/taħdem fl-istess pajjiż bħalek jew mhux/mhix impjegat/a, għandek dritt għall-benefiċċji tat-tfal fejn taħdem.
Jekk int u l-partner tiegħek taħdmu f'pajjiżi differenti iżda ebda wieħed minnkom ma jaħdem fejn jgħixu wliedkom, tirċievu l-benefiċċji tal-familja mill-pajjiż fejn jitħallsu l-ogħla benefiċċji.
LE — Ma tistax tirċievi l-benefiċċji tal-familja darbtejn għall-istess perjodu ta' żmien għall-istess tifel jew tifla. Jeżistu "regoli ta' prijorità" f'każijiet ta' drittijiet li jikkoinċidu.
Jekk id-dritt doppju tiegħek jirriżulta minħabba l-fatt li taħdem f'pajjiż u tgħix f'ieħor, tirċievi l-benefiċċji biss mill-pajjiż fejn taħdem.
Jekk taħdem fiż-żewġ pajjiżi, il-pajjiż fejn int inxurjat għandu jħallas għall-benefiċċji ta' familtek.
IVA — Jekk ir-raġel li qabel kien żewġek ma jużax il-benefiċċji tal-familja li jirċievi biex imantni l-membri ta' familtek, l-awtorità li tipprovdi l-benefiċċji tista' tiddeċiedi li tħallashom direttament lilek, bħala l-persuna li fil-fatt tkun qed tmantni l-familja.
Jekk tridhom jagħmlu dan, ikkuntattja l-awtorità tal-benefiċċji tal-familja tal-pajjiż fejn int u wliedek tgħixu. Imbagħad huma jikkuntattjaw lill-awtoritajiet responsabbli għal ħlas tal-benefiċċji fil-pajjiż l-ieħor.
F'dan il-każ, il-benefiċċji għandhom jitħallsu mill-pajjiż (Franza jew il-Lussemburgu) fejn jingħataw l-ogħla benefiċċji.