Aġġornat : 12/2012
Int impjegat taċ-Ċivil f'pajjiż tal-UE u ssekondat biex taħdem f'pajjiż ieħor (f'ambaxxata, konsulat jew istituzzjoni uffiċjali oħra barra pajjiżek). B'mod alternattiv, int taħdem bħala impjegat taċ-Ċivil f'pajjiż iżda għal raġunijiet personali int tgħix (għandek id-dar permanenti tiegħek) f'ieħor.
Bħala ċittadin tal-UE, tista' tgħix u taħdem f'pajjiż ieħor tal-UE bla ma jkun jeħtieġlek permess tax-xogħol.
Eċċezzjoni – Iċ-ċittadini Bulgari u Rumeni għadhom jiffaċċjaw restrizzjonijiet temporanji fuq ix-xogħol fl-UE.
Restrizzjonijiet temporanji fuq ix-xogħol fl-UE għaċ-ċittadini Bulgari u r-Rumeni
Jekk tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE, int u familtek għandkom awtomatikament id-dritt li tgħixu hemm anki jekk ma tkunux qed taħdmu b'impjieg sħiħ jew qed taħdmu b'kuntratt għal żmien fiss.
Il-formalitajiet amministrattivi jvarjaw jiddependi għal kemm żmien tkun se toqgħod.
Drittijiet ta' residenza/formalitajiet meta taħdem barra pajjiżek
Bħala ħaddiem migrant, int u familtek għandkom l-istess drittijiet bħaċ-ċittadini tal-pajjiż fejn mortu tgħixu. Dan ifisser li għandkom dritt għall-istess benefiċċji mill-ewwel jum li tibda taħdem hemm.
Għaldaqstant intom intitolati tieħdu benefiċċji:
Tista' tkun eleġibbli wkoll għal benefiċċji mhux finanzjarji (pereżempju d-dritt għall-interpretazzjoni waqt proċeduri legali).
Rosita hi mill-Italja, iżda tgħix u taħdem fi Franza bħala impjegata taċ-Ċivil. Għandha 3 itfal. Applikat għall-iskont tal-ferroviji rriservat għall-familji numerużi, iżda ġiet miċħuda minħabba li la hi u lanqas ulieda ma huma Franċiżi.
Rosita għandha tinsisti u, jekk ikun hemm bżonn titlob l-għajnuna mis-servizzi ta' parir tal-UE. Il-ħaddiema kollha tal-UE li jkollhom familja numeruża (f'ħafna pajjiżi dan ifisser, tlitt itfal jew aktar) huma intitolati għal roħs fuq l-ivvjaġġar bil-ferroviji fil-pajjiż fejn jaħdmu mill-ewwel jum li jibdew jaħdmu – jekk dan ir-roħs jeżisti u offrut liċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.
Jekk tieħu s-sensja meta tkun qed tgħix f'pajjiż ieħor, int xorta waħda intitolat li tgħix hemm u li jkollok l-istess benefiċċji bħaċ-ċittadini jekk int:
Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?
F'dan il-każ, 27 Stat Membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera
F'dan il-każ, 27 Stat Membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera
F'dan il-każ, 27 Stat Membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera
F'dan il-każ, 27 Stat Membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera