Mogħdija tan-navigazzjoni

FAQ - Drittijiet relatati max-xogħol

  • Xi jfisser eżattament "trattament ugwali"?

    Jekk qed taħdem f'pajjiż ieħor, int u familtek għandkom tiġu ttrattati eżattament bħall-kollegi tagħkom li huma ċittadini ta' dak il-pajjiż. Dan japplika b'mod speċjali:

    • għad-dritt tiegħek biex tfittex xogħol u tirċievi għajnuna mill-uffiċċji nazzjonali tal-impjiegi
    • vantaġġi fiskali
    • għall-opportunitajiet ta' taħriġ
    • benefiċċji u sussidji fl-oqsma tat-trasport, il-kultura, l-isport, eċċ.

    It-trattament ugwali ma jħallix li ssir mhux biss diskriminazzjoni fil-beraħ, iżda wkoll kull regola li b'mod indirett tpoġġik fi żvantaġġ, pereżempju, bħall-miżuri li jillimitawlek il-moviment ħieles.

    Pereżempju, regola li teħtieġlek tgħix fil-pajjiż għal żmien twil qabel ma jingħatalek aċċess għal servizz partikulari titqies li hi illegali.

  • Jekk il-membri tal-familja tiegħi jingħaqdu miegħi fil-pajjiż ġdid tiegħi, dawn għandhom id-dritt li jaħdmu hemm ukoll?

    IVA — Tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom (anki dik mhux tal-UE), il-membri ta' familtek:

    • jistgħu jaħdmu bħala impjegati jew impjegati għal rashom mingħajr ma jkun jeħtiġilhom permess tax-xogħol.
    • għandhom dritt li jimxu magħhom l-istess bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.
  • X'nista' nagħmel jekk inħoss li min iħaddimni jew l-awtoritajiet qed jiddiskriminaw kontrija?

    Jekk taħseb li regola jew deċiżjoni li taffettwak hi kontra r-regoli tal-UE li jippermettulek li taħdem barra pajjiżek, l-ewwel ma għandek tagħmel hu li tressaq il-każ tiegħek mal-awtoritajiet fil-pajjiż li taħdem fih.

    Skont kif inhi eżattament il-problem, tista' wkoll tingħata għajnuna mis-servizzi ta' għajnuna tal-UE.

  • Jekk ħija eventwalment jitħalla joqgħod miegħi fis-Slovakja, ikun jista' wkoll jgħix hemm, anki jekk hu mhux ċittadin tal-UE?

    IVA — Jekk jingħatalu l-permess li għandu dritt joqgħod miegħek fis-Slovakja, hu jingħatawlu l-istess drittijiet bħalek.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?