Mogħdija tan-navigazzjoni
Ir-regoli hawn taħt huma bbażati fuq l-aktar regoli komuni misjubin fil-ftehimiet dwar it-taxxa — huma ma jkoprux l-eventwalitajiet kollha. Biex issir taf dwar ir-regoli li japplikaw fis-sitwazzjoni personali tiegħek, staqsi l-uffiċċju tat-taxxa jew konsulent dwar l-impjiegi Ewropej
.
Dan jiddependi mill-ftehim bilaterali dwar it-taxxa bejn il-pajjiż li jħaddmek u l-pajjiż fejn qed taħdem (il-pajjiż "ospitanti"). Il-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-UE għażlu din ir-regola li biha, bħala impjegat taċ-Ċivil, għandek tħallas biss fil-pajjiż li jimpjegak.
Eċċezzjoni: Jista' jkun jeħtieġlek tħallas taxxi fil-pajjiż "ospitanti" jekk min iħaddmek jeħtieġlek li taħdem hemm u lanqas:
Din mhix ħlief taqsira tal-aktar regola komuni. Jistgħu jeżistu eċċezzjonijiet għal din ir-regola f'ċerti konvenzjonijiet internazzjonali dwar it-taxxa. Staqsi lill-uffiċċju tat-taxxa tiegħek jew konsulent dwar l-impjiegi Ewropej
u ikkonsulta l-ftehim bilaterali dwar it-taxxa rilevanti.
Aktar tagħrif dwar:
IVA — Għandek id-dritt li tingħata l-istess tnaqqis fit-taxxa bħar-residenti tal-pajjiż "ospitanti" tiegħek – jekk is-salarju tiegħek bħala impjegat taċ-Ċivil hu kważi d-dħul kollu ta' flus ta' familtek.
Pereżempju:
Madankollu, jekk żewġek/martek j/taħdem ukoll u għandu/ha dħul ta' flus sinifikanti fil-pajjiż "ospitanti", dan jista' jħassarlek id-dritt għal tnaqqis f'pajjiżek. F'dan il-każ, it-tnaqqis li għandu jiġi applikat għad-dħul ta' flus totali ta' familtek ikun dak disponibbli skont il-liġi tal-pajjiż ospitanti.
Ma għandekx, ikun xi jkun il-każ, dritt għal żewġ skemi ta' tnaqqis.
Jekk tħoss li tkun qed tiġi diskriminat, għandek tfittex kumpens mingħand l-awtoritajiet nazzjonali. Skont in-natura tal-problema, għandhek tfittex ukoll għajnuna mis-servizzi ta' għajnuna għaċ-ċittadini tal-UE.
Aktar tagħrif dwar: