Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2012
Jekk int impjegat taċ-Ċivil f'pajjiż tal-UE iżda int issekondat biex taħdem f'pajjiż ieħor (f'ambaxxata, konsulat jew istituzzjoni uffiċjali oħra barra pajjiżek), int kopert mis-sistema tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż li jimpjegak.
Dan ifisser li l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż li jimpjegak tikkontrolla l-benefiċċji tiegħek: mard, maternità u paternità, invalidità, xjuħija, werrieta, aċċidenti fil-post tax-xogħol, mard professjonali, għoti tal-flus għall-ispejjeż tal-funeral, qgħad (jekk tapplika għal benefiċċji hemmhekk), irtirar qabel iż-żmien u familja.
Għandek dritt għal kura medika fil-pajjiż li tgħix fih. Għal dan l-iskop, jeħtieġlek titlob formola S1 (dik li qabel kienet il-formola E 106) mingħand il-provveditur tal-assigurazzjoni fuq is-saħħa tiegħek fil-pajjiż li jimpjegak u tippreżentaha lill-provveditur fil-pajjiż li taħdem fih.
Is-sistemi tas-sigurtà soċjali jvarjaw sew fl-Ewropa.
Sib informazzjoni dwar is-sistema tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż fejn sejjer, sabiex tevita problemi u nuqqas ta' ftehim li jistgħu jwasslu għal konsegwenzi serji.
Ħarsa ġenerali lejn is-sistemi tas-sigurtà soċjali tal-UE skont il-pajjiż
Jekk tkun għalkollox bla xogħol, tista' tagħżel li tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad fil-pajjiż fejn tgħix u ħdimt jew fil-pajjiż li impjegak, billi tirreġistra mas-servizzi tax-xogħol f'wieħed mill-pajjiżiservizzi tax-xogħol f'wieħed mill-pajjiżi. Jekk tiddeċiedi li tapplika għal benefiċċji fil-pajjiż ta' impjieg, ikollok tmur lura lejn dak il-pajjiż.
Jekk tiddeċiedi li tapplika għal benefiċċji fil-pajjiż li tgħix u ħdimt fih, tista' titlob lis-servizz nazzjonali tax-xogħol fil-pajjiż li impjegak biex jagħtik il-formola U1 (dik li qabel kienet il-formola E 301), u tissottomettiha lis-servizz nazzjonali tax-xogħol fil-pajjiż li fih tkun qed tapplika għal benefiċċji. Jekk ma tibgħatx dan id-dokument lill-awtorità li qed tittratta t-talba tiegħek, din tkun tista' tikseb l-informazzjoni neċessarja direttament minn pajjiżi oħra.
Formola U1 mimlija tgħin sabiex l-awtorità tipproċessa t-talba tiegħek aktar malajr.
Il-benefiċċji tiegħek jiġu kkalkulati skont ir-regoli fil-pajjiż li fih int tirreġistra biex tfittex għax-xogħol, billi jitqies kull perjodu li fih tkun ħdimt barra pajjiżek.
Tajjeb li tkun taf: li tista' tapplika għal awtorizzazzjoni biex tesporta l-benefiċċji tal-qgħad minn pajjiż li fih irreġistrajt bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol lejn pajjiż ieħor tal-UE.
Ara wkoll:
Il-benefiċċji tal-qgħad fl-UE huma stabbiliti bil-liġi tad-diversi pajjiżi tal-UE. Dan ifisser li jista' jkollok dritt għal 24 xahar ta' benefiċċju tal-qgħad f'pajjiżek iżda għal 12-il xahar f'pajjiż ieħor.
Għandek tqabbel il-benefiċċji li jitħallsu f'kull pajjiż, filwaqt li toqgħod attent b'mod speċjali:
Mirko mill-Ġermanja ħadem bħala impjegat fiċ-Ċivil Ġermaniż fl-Irlanda. Meta hu spiċċa bla xogħol, seta' mar lura l-Ġermanja u rreġistra hemm bħala persuna bla xogħol iżda hu għażel li jibqa' l-Irlanda fejn applika għal benefiċċji tal-qgħad. Hu ħaseb li kien se jirċievi madwar 67% tas-salarju medju ta' kuljum tiegħu bħala benefiċċji, bħalma normalment isir fil-Ġermanja. Kien verament sorpriż meta sar jaf li kellu dritt għal somma b'rata fissa ta' €204.30 fil-ġimgħa. Fl-Irlanda, il-benefiċċji tal-qgħad huma indipendenti mid-dħul ta' flus li kien jiddaħħal qabel.
Biex tranżazzjoni tirnexxi bejn is-sistemi tas-sigurtà soċjali, jista' jkun jeħtieġlek dawn il-formoli:
Il-formola S1 (dik li qabel kienet il-formola E 106): ċertifikat ta' dritt għal kura tas-saħħa għalik u għal familtek meta tkun qed tgħix barra l-pajjiż li fih int inxurjat. Tista' mill-awtorità tal-assigurazzjoni fuq is-saħħa fil-pajjiż li jimpjegak, u għandek tippreżentah lill-awtorità tal-assigurazzjoni fuq is-saħħa fil-pajjiż li tgħix fih.
Jekk tispiċċa bla xogħol u tixtieq tapplika għal benefiċċji tal-qgħad fil-pajjiż li tgħix fih bħalissa:
il-formola U1 (dik li qabel kienet il-formola E 301) — dikjarazzjoni ta' perjodi ta' assigurazzjoni li għandhom jitqiesu meta jiġu kalkulati l-benefiċċji tal-qgħad. Ġibha mis-servizzi nazzjonali tax-xogħolservizzi nazzjonali tax-xogħol fil-pajjiż(i) li fihom ħdimt u ppreżentaha lis-servizz nazzjonali tax-xogħol fil-pajjiż li fih tixtieq tapplika għal benefiċċji. Jekk ma tibgħatx dan id-dokument lill-awtorità li qed tittratta t-talba tiegħek, din tkun tista' tikseb l-informazzjoni neċessarja b'mod elettroniku minn pajjiżi oħra.
Għad għandek bżonn l-għajnuna?Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?
F'dan il-każ, 27 Stat Membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera